BOV Premier League 2021/22
Birkirkara jitilgħu momentarjament fil-quċċata grazzi għal doppjetta mill-isbaħ ta’ Aguirre

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/21

Birkirkara ……………..2

Gudja……………………0

Bidu mill-aqwa għall-Birkirkara meta wara biss 8 minuti logħob huma fetħu l-iskor. Kellna ġirja tajba ta’ Luke Montenbello li bidel il-ballun ma’ Kurt Zammit qabel qassam tajjeb lil Paul Mbong li ġie mwaqqa f’tarf il-kaxxa. Mill-freekick dirett mogħti minn Aguirre li b’ xutt angolat fil-baxx għeleb għall-kollox lil Zammit. 

Fil-25 minuta Birkirkra viċin li jirduppjaw, kien xutt b’saħħtu ta’ Luke Montebello minn barra l-kaxxa l-kbira jiġi devjat għall-korner.

Minuta wara xutt sabiħ ta’Aguirre minn barra l-kaxxa l-kbira ukoll iżda din id-darba kien Zammit li bi bravura iwettaq save stupend u spettakolari għall-korner ieħor. 

Fin-nofs siegħa logħob Ryan Scicluna jdabbar il-karta safra għall-daħla xejn kumplimentuża fuq Marcelo Diaz.

Fil-35 minuta logħob Birkirkara spiċċaw jilgħabu b’10 players wara li Ryan Scicluna ġie muri t-tieni karta safra u eventwalment il-karta ħamra.

Fil-41 minuta azzjoni tajba għall-Birkirkara li minkejja li b’raġel inqas baqgħu jiddominaw bid-daqqa ta’ras finali ta’ Luke Montebello tgħaddi kemm kemm barra. 

Wara żewġ minuti miżjuda intemmet l-ewwel taqsima Birkirkara 1 Gudja 0. 

Fid-49 minuta Gudja viċin li jġibu l-iskor indaqs, kien xutt sabih ta’ Abdul Temitope bil-goalkeeper idawwar f’korner. Mill-korner suċċessiv Gudja jappellaw għall-penalty bir-referee Stefan Pace jordna freekick lil Birkirkara.

Fis-66 minuta Birkirkara viċin li jirduppjaw. Azzjoni tajba tal-Captain Cain Attard li wara li seraq ballun tajjeb baqa’ javvanza u b’xutt mill-isbaħ għeleb għall-kollox lil Zammit, iżda kien sfortunat li l-ballun ħabat mal-minduda.

Fil-71 minuta Hubert Vella għall-Gudja jdabbar l-karta safra.

Fis-76 minuta Daniel Fernandez ta’Birkirkara muri l-karta safra fuq telf ta’ ħin. 

Fid-89 minuta karta safra lil Ruslan Kisil ta’ Gudja. 

Fil-91 minuta Gudja spiċċaw jilgħabu b’10 players għat-tkeċċija ta’ Igor Dugarev għall-foul fuq Luke Montebello. Mill-freekick suċċessiv reġa kien il-Bov player tal-logħba Aguirre Leandro li minn freekick stupend reġa għeleb lil Zammit għall-2-0. 

Wara 4 minuti miżjuda fuq il-ħin regolamentari Birkirkara għelbu lil Gudja 2-0.

Referee: Stefan Pace

BOV Player tal-logħba: Leandro Aguirre

Formazzjonijiet:

Birkirkara: D.Fernandes, E.Pepe, L.Montebello, P.Mbong(45 G.Farrugia), K.Zammit, F.Falcone(39 C.Bonanni), R.Scicluna, C.Attard(C), O.Carniello, L.Aguirre, J.Macedo(87 K.Bevis). 

Gudja: G.Zammit, L.Belandi (81 J.Dibola), A.Friggieri, R.Soares, L.Cremona, G.Mensah, H.Vella(C)(75 G.Tensior),J.Grioli(61 R.Kisil), I.Dudarev, T.Abdul(75 I.Yasukaze), M.Dias

Miktub minn...
TVM Sport
.