Futbol lokali
Birkirkara v Paul Zammit: il-club jitlef l-appell fil-konfront tal-ex-coach
Il-projbizzjoni fuq reġistrazzjoni ta' players għalissa tibqa' fis-seħħ

Il-club tal-kampjonat Premier Birkirkara tilef l-appell li kien ressaq quddiem l-MFA rigward pagamenti dovuti lill-ex-coach Paul Zammit.

Il-każ imur lura għal Jannar li għadda meta Birkirkara kienu ħatru lill-ex-stilla Norveġiż ta’ Roma u Liverpool fost l-oħrajn John Arne Riise bħala direttur sportiv, waqt li Paul Zammit kien għadu head coach tal-club. Zammit kien ressaq ilment quddiem il-Complaints Board tal-MFA li taħ raġun u ordna lill-club iħallas lil Zammit total ta’ 123,000 ewro għall-kuntratt li kellu jiskadi fl-2021. Sakemm jitħallsu l-flus, l-MFA kienet poġġiet projbizzjoni fuq il-club li żżommu milli jittrasferixxi u jirreġistra players.

Birkirkara sadanittant appellaw minn din id-deċiżjoni, imma f’deċiżjoni oħra fil-jiem li għaddew il-Bord tal-Appelli tal-MFA ma laqax l-appell tal-club u żamm mad-deċiżjoni oriġinali tal-Complaints Board li tfisser li l-projbizzjoni tibqa’ fis-seħħ sakemm Zammit jitħallas.

Ikkuntattjat minn TVMSport, il-President ta’ Birkirkara Frank Zarb qal li l-avukati tal-club se jkellmu lill-avukati ta’ Zammit bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd. Qal li l-prijorità issa hija li l-kwistjoni tissolva mingħajr ma l-club jirrikorri għal mezzi oħra ta’ arbitraġġ internazzjonali.

TVMSport għamel kuntatt anke ma’ Paul Zammit li qal li għadu ma ġiex ikkuntattjat mill-club mindu nqata’ l-appell.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

“Wara l-partita ta’ Spanja teżisti rabja kbira fil-plejers kollha.” Dan qalu l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Ray Farrugia fil-konferenza tal-aħbarijiet li saret illum wara nofsinhar, ġurnata qabel il-partita ta’ għada kontra…

Futbol lokali

MAFA STAĠUN 2019/2020 Il-midfielder offensiv Nikolay Filipov kien l-eroj tal-ġurnata meta bit-tliet gowls li skorja għen lit-tim tiegħu Marsa St Michael jikseb l-ewwel post tal-klassifika b’rebħa tajba kontra Versity AFC….

Futbol lokali

Masters football: f’partita internazzjonali f’Londra il-bieraħ telfa ta’ 4-2 għas-selezzjoni Maltija kontra Royal Marines. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 2-2 iżda l-Maltin qalgħu żewġ goals oħra fit-tieni…

Futbol lokali

Grupp F – Logħob ta’ Kwalifikazzjoni EURO 2020 Spanja………..7 Malta…………0 Spanja saħħew posthom fil-quċċata ta’ Grupp F meta mingħajr ebda diffikulta’ għelbu lil Malta bl-iskor kbir ta’ 7-0. It-tieni 45…

Aktar