Futbol lokali
BOV Premier League: Rebħa komda għal Birkirkara

KAMPJONAT  BOV PREMIER 2019/2020

Birkirkara………….2

Sirens……………….0

Birkirkara reġgħu rritornaw għar-rebħ meta mingħajr xi diffikultà partikolari għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-0.

Kien hemm differenza ta’ 11-il punt fil-klassifika bejn dawn iż-żewġ timijiet.

Birkirkara marru fil-vantaġġ fl-10 minuta meta wara kontrattakk immedjat, kien Isaac Ntow li xxuttja b’David Cassar jilqa’ parzjalment bil-ballun jasal għand Federico Falcone li f’lasta vojta tefa’ l-ballun ġewwa.

It-tim minn San Pawl il-Baħar dehru mifxula u dlonk qalgħu t-tieni wieħed fil-25 minuta. Kien Cain Attard li indirizza xutt lejn il-lasta avversarja bil-ballun jaħbat ma’ difensur ta’ Sirens u jqarraq b’David Cassar.

Reazzjoni ta’ Sirens żewġ minuti wara meta xutt ta’ Romario Memezes ġie milqugħ minn Andrew Hogg.

Fis-37 minuta xutt ta’ Wellington għal Sirens spiċċa ferm barra.

Tliet minuti minn tmiem it-taqsima, taħt xita qliel, xutt minn Maurizio Vella għal Birkirkara għadda jħakkek mal-lasta.

Mal-45 minuta kien il-gowlkiper tal-Istripes Andrew Hogg li salva tajjeb xuttijiet konsekuttivi ta’ Memezes u Adeshina.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq 2-0 favur Birkirkara.

Fit-53 minuta kien il-gowlkiper ta’ Birkirkara Andrew Hogg li salva b’mod tajjeb daqqa ta’ ras ta’ Adrian Borg.

Fid-69 minuta kien Tarabai li għadda lil Ntow li x-xutt fil-baxx tiegħu kien salvat minn David Cassar.

Lejn l-aħħar tal-logħba, David Cassar salva xutt fil-baxx ta’ Tarabai.

Finalment din kienet ir-raba’ rebħa staġjonali għall-Istripes li tellgħuhom f’nofs il-klassifika. B’kuntrast Sirens ġarrbu t-tielet telfa staġjonali għalkemm wieħed irid jgħid li kellhom rawnd ferm pożittiv.

B’KARA Andrew Hogg, Enrico Pepe, Matthew Guillaumier, Johann Bezzina (Terence Agius 75 min),  Maurizio Vella, Kurt Zammit, Federico Falcone (Michael Mifsud 34 min (Edison dos Santos Tarabai 46 min)), Cain Attard, Caio Henrieque Prado, Oscar Matias Carniello, Isaac Toah Ntow.

SIRENS David Cassar, Ryan Grech (Russell Fenech 89 min), Wellington de Oliveira, Raphael Dos Anjos,  Emmanuel Okoye, Adrian Borg, Abdullahi Ige Adeshina Tagro Yves Yao (Luke Sciberras 70 min), Romeu Pericles Romao, Romario Lucas Memezes, Thiago Espindola de Paula.

Imwissija: Romario Memezes, Emanuel Okoye (S) Matthew Guillaumier, Maurizio Vella  (B)

BOV Plejer tal-partita: Isaac Ntow ta’ Birkirkara.

Referì: Fyodor Zammit.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Marsa St Michael u Valletta St Pauls baqgħu ras imb’ras fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA meta rebħu b’mod drammatiku l-konfronti rispettivi tagħhom. It-tnejn li huma għandhom 13-il punt fil-klassifika u hekk…

Futbol lokali

It-tieni partita tal-ġurnata mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni tal-lum ġiet posposta minħabba qtugħ ta’ dawl f’waħda mill-floodlights tal-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun. L-inċident seħħ fis-47 minuta hekk kif kienet għadha kif bdiet…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Birkirkara….1 Senglea…….1 Birkirkara u Senglea ħadu punt kull wieħed f’partita li spiċċat fi draw ta 1-1. Żewġ gowls li ġew skurjati fl-ewwel taqsima. B’Kara kienu ġejjin…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 BALZAN FC………..1. FLORIANA FC……..3. Wara biss 8 minuti logħob Balzan marru fil vantagg, il-kross mil-lemin ta’ Uros Ljubomiric għola tajjeb Andrija Majdevac u daqqa ta’ ras…

Aktar