Waterpolo
Birżebbuġa jegħlbu lil Sirens f’logħba kumbattuta

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tal-waterpolo fejn fl-iktar logħba missielta u bilanċjata li kellna s’issa f’dan l-istaġun Birżebbuġa għelbu lil Sirens 9-8.

Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu mingħajr storja bit-timijiet tal-Balluta jiksbu rebħiet faċli. Fl-ewwel logħba San Ġiljan għelbu lil Otters 26-6, filwaqt li Neptunes għelbu lil Marsaxlokk 16-5, bi Steve Camilleri jiskorja sitt gowls għaċ-champions.

Fil-logħbiet tat-Tlieta fi Grupp B Sliema kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Exiles 9-5 u issa r-rebbieħ tal-grupp ikun deċiż fil-konfront importanti ta’ nhar il-Ġimgħa bejn Sliema u San Ġiljan.

Fil-logħba l-oħra minn Grupp A, Ta’ Xbiex kisbu l-ewwel rebħa tagħhom meta għelbu lil Marsaskala 6-4, biex Marsaskala baqgħu mingħajr punt fl-aħħar post tal-grupp. Is-suċċess ta’ Ta’ Xbiex immatura fl-aħħar sessjoni li rebħu bi skor parzjali ta’ 3-0.

 

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11 Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u…

Fil-Pixxina Nazzjonali llejla jintlagħbu l-logħbiet ta’ ritorn tal-play-offs tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-ewwel logħbiet bejniethom jumejn ilu, Marsaskala kienu rebħu lil Ta’ Xbiex b’gowl wieħed, filwaqt li Marsaxlokk kellhom vantaġġ komdu…

Kampjonat BOV Premier Exiles Ferretti 8   Sirens Mecca Marine Enterprises 9 Il-gowl farrad minn 17 kien biżżejjed biex Sirens għelbu lil Exiles bil-punteġġ ta’ 9-8 f’logħba kumbattuta mill-Kampjonat BOV Premier….

Wara li lbieraħ iż-żewġ logħbiet tal-Waterpolo tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ġew posposti, illejla fil-Pixxina Nazzjonali ser jintlagħbu b’kollox tliet logħbiet. Minħabba t-temp ħażin li lbieraħ laqat il-gżejjer Maltin, l-ASA ddeċidiet li…

Aktar