Waterpolo
Birżebbuġa jirbħu d-derby kontra Marsaskala, faċli għal Exiles kontra Marsaxlokk

BOV Cross Overs 2021

Marsaxlokk Browns  6-16  Exiles Sports Club

Rebħa komda għal Exiles fil-Cross Overs meta għelbu lil Marsaxlokk 16-6. Exiles kienu dominanti fl-ewwel tliet sessjonijiet, tant li rebħuhom 5-2, 4-0, 4-0. Fir-raba’ u l-aħħar sessjoni huma taw xi ftit tan-nifs lill-Ixlukkajri u tal-aħħar rebħu s-sessjoni 4-3, għal riżultat finali ta’ 16-6.

Għal Marsaxlokk is-sitt gowls kienu skurjati minn plejers differenti filwaqt li għal Exiles, Kurt Griscti u Max Aquilina kienu l-aqwa skorers bi tliet gowls kull wieħed.

Il-logħba kienet ikkontrollatam minn Peter Balzan u Neville Mercieca.

 

Marsaskala Fish & Fish  8-10  Birżebbuġa Freeport

Fit-tieni logħba, fid-derby tan-naħa t’isfel ta’ Malta, Birżebbuġa ħarġu rebbieħa fuq Marsaskala 10-8. Kienet logħba kumbattuta mill-bidu sal-aħħar, b’Birżebbuġa jibdew tajjeb fl-ewwel sessjoni meta rebħuha 3-1. It-tieni u t-tielet sessjoni kienu parità assoluta, u ntemmu 3-3 u 1-1. Fir-rabaħ u l-aħħar sessjoni Marsaskala kienu ftit aħjar mill-avversarji u rebħuha 3-2, iżda dan ma kienx biżżejjed biex iġibu lura d-distakk ta’ żewġ gowls li bnew Birżebbuġa fl-ewwel sessjoni.

L-aqwa skorer ta’ Marsaskala kien Paul Privitera li skorja ħamsa mit-tmien gowls tal-Iskalin, filwaqt li David Cutajar skorja tlieta għal Birżebbuġa.

Ir-referees ta’ dan il-konfront kienu Alex DeRaffaele u Massimo Angilleri.

 

Illejla jkomplu l-Cross Overs fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq bi programm ta’ tliet logħbiet:

18:00  Otters Nivea – Sirens Mecca Marine

19:05  San Ġiljan Mercury Towers – Sliema Frank Salt Real Estate

20:10  Neptunes WPSC – Valletta Izibet

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA