Futbol lokali
Bjorn Vassallo b’konferenza tal-aħbarijiet fis-19.00, diretta fuq TVM2

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, se jkun qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet, illum fus-19.00.

Il-konferenza se tixxandar diretta fuq TVM2.

Il-President tal-MFA se jkun qed jitkellem għall-ewwel darba minn wara l-laqgħa tal-Kunsill tat-Tnejn li għadda fejn fiha nħarġu l-verdetti finali tal-klassifiċi tal-kampjonati tal-Assoċjazzjoni.

TVM2 se jibda bix-xandira diretta fis-19.00 biex fi ftit tal-minuti wara jingħaqad dirett mal-kamra tal-konferenza.

Ix-xandira se tkun preżentata minn Peter Cossai mentri l-ġurnalist Mark Attard, f’isem TVM, se jkun qed jistaqsi l-mistoqsijiet.

Miktub minn...
TVM Sport