Futbol lokali
Bjorn Vassallo elett President ġdid tal-MFA bi 83 vot kontra 54 ta’ Chris Bonett

Bjorn Vassallo huwa l-President il-ġdid tal-Malta Football Association wara li iktar kmieni llum rebaħ l-elezzjoni għall-ogħla kariga tal-MFA meta rebaħ l-elezzjoni meta għeleb lill-Chris Bonett. L-elezzjoni saret waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li għalqet l-istaġun 2018/19. Bjorn Vassallo ġab 83 vot kontra l-54 vot li ġab Chris Bonett sabiex id-distakk bejniethom kien dak ta’ 29 vot ekwivalenti għal 60.5% tal-voti mitfugħha.

B’Kollox kien hemm 139 membru li kienu eleġibbli li jivvutaw li iżda minnhom kien hemm żewġ membri assenti dawn kienu Paul Falzon ta’ St Andrews u Joe Farrugia ta’ Kirkop. Għalhekk b’kollox kien hemm 137 vot mitfugħ.

Bjorn Vassallo b’hekk se jkun qed imexxi l-MFA fil-kariga ta’ President għall-erba’ snin li ġejjin.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Hibernians……………1 Hamrun………………2 Fis-7 ġurnata Ħamrun ħarġu bi tlett punti importanti biex telgħu momentarjament b’erbatax –il punt tlett punti taħt Floriana meta fis-Centenary Stadium għelbu lil Hibernians…

Futsal

Futsal: Il-kowċ tat-team Nazzjonali Malti tal-Futsal Vic Hermans sejjaħ skwadra ta’ 14 -il player għaż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija li t-team Malti se jilgħab din il-ġimgħa kontra l-Armenja l-Ħamis u l-għada…

Futbol lokali

Riżultati mill-GFA BOV GFL l-1 Diviżjoni: Xagħra United FC …….5 Għarb Rangers FC……..0 6’ (1-0) Kennedy Martins Ribeiro 44’ (2-0) Raffael De Souza Ferreira 75’ (3-0) Luis Andre De Melo…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Gudja ………0 Valletta……1 Rebħa għat-team belti bi skor minimu fuq it-team ta’ Gudja jara lil Valletta jakkwistaw it-tielet rebħa dan l-istaġun. L-ewwel azzjoni tal-partita waslet mat-8…

Aktar