Futbol lokali
Bjorn Vassallo f’laqgħa mal-klabbs tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni

Bjorn Vassallo, il-President tal-Malta Football Association, kellu laqgħa virtwali mal-klabbs tat-Tieni u t-Tielet Diviżjoni dwar id-deċiżjoni li ħa l-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni li jittermina l-kampjonati minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

F’din il-laqgħa ġew preżentati l-miżuri u d-dettalji li waslu għad-deċiżjoni finali li jiġu tterminati l-kampjonati.

Id-deċiżjoni, skont kif waslet għand TVMSPORT, kienet ibbażata  fuq żewġ fatturi fosthom li l-klabbs ma jsofrux ekonomikament.

Peress li oriġinarjament il-kampjonati għall-istaġun 2019/20 kienu kollha se jispiċċaw fl-aħħar ta’ April, l-obbligi kuntrattwali twaqqfu fil-ħin u abbażi tad-diffikultajiet li protokoll mediku eżiġenti jista’ jkollu fuq kampjonati żgħar kemm f’Malta u kif ukoll f’Għawdex.

Fl-istess laqgħa, il-President tal-MFA tenna li deċiżjonijiet ulterjuri, speċjalment dawk dwar l-eżitu tal-klassifiċi, kienu se jittieħdu aktar tard.

Illejla mistennija ssir laqgħa oħra virtwali bejn l-amministrazzjoni tal-MFA u l-klabbs tal-Kampjonat Premier mentri l-laqgħa mal-klabbs tal-Ewwel Diviżjoni hi skedata għal jiem li ġej.

Fil-ġimgħat li għaddew, l-MFA kellha laqgħat simili wkoll mal-klabbs Għawdxin u mar-rappreżentanti tan-nurseries f’pajjiżna.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar