Futbol lokali
Bjorn Vassallo jikkonferma li se jikkontesta l-elezzjoni ta’ President tal-MFA

Bjorn Vassallo ex Kap Eżekuttiv tal-MFA u ex Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni llum ikkonferma li se jkun qed jikkontesta għall-kariga ta’ President tal-MFA.

Vassallo għażel li jagħti din l-aħbar lis-sit elettroniku lokali loveinmalta.com.

Vassallo kien il-persuna li għin lil Norman Darmanin Demajo jirbaħ l-elezzjoni fit-tieni tentattiv għall-kariga ta’ President meta Darmanin Demajo kien ikkontesta lill-Avukat Joe Mifsud.

Bjorn Vassallo bħalissa jokkupa r-rwol ta’ Direttur tal-FIFA responsabbli mill-Assoċjazzjonijiet membri fi ħdan il-UEFA.

Fuq il-profil tiegħu Vassallo kiteb hekk:

“Hbieb fadal 39 gurnata sal-20 ta’ Lulju meta titlaqqa’ l-Laqgha Generali tal-Malta Football Association. Illum zvelajt li se nkun qieghed nikkontesta ghall-kariga ta’ President u se nkun qed naghmel dan b’umilta’ u b’konvinzzjoni li l-futbol Malti joffri potenzjal u li flimkien irridu nilhqu objettivi importanti kemm fuq livell domestiku u kif ukoll fl-isfera internazzjonali. Se jkunu jiem impenjattivi, izda li jaghtuni motivazzjoni nkompli nservi lill-futbol bil-qawwa kollha li ghandi u filwaqt li nirringrazzjakom minn qalbi tas-sostenn li dejjem tajtuni inwieghedkom impenn u professjonalita’ biex flimkien inkomplu nahdmu ghall-gid tal-klabbs/assocjazzjonijiet membri u tal-loghba li tant inhobbu. ”

L-Elezzjoni għall-kariga ta’ President se ssir waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA fl-20 ta’ Lulju 2019.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Futbol lokali

Mario Muscat, l-ex gowlkiper nazzjonali ta’ Malta u ta’ Hibernians FC, mil-lum sar kowċ ta’ Senglea Athletic FC. Kif żvela TVM Sport fis-sigħat li għaddew, Muscat inħall mill-kuntratt li kellu…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, immexxi minn Winston Muscat, se jmur ‘traning camp’ ta’ sitt ijiem fl-Awstrija. Waqt dan it-‘training camp’, it-tim se jilgħab żewġ partiti ta’ ħbiberija….

Aktar