Blackball
Blackball: Clint Azzopardi jirbaħ it-tornew Amateur Championship

Clint Azzopardi huwa r-rebbieħ tal-Blackball Amateur Championship hekk kif ilbieraħ għeleb fil-finali lil Darren Schembri 10 frames għal 5.

Il-finali kienet waħda mill-isbaħ li ntlagħbet fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Azzopardi kien għeleb lil Jed Abela fis-semifinali 10 frames għal 5.

Schembri għeleb fis-semifinali lil Clayton Castaldi.

Intant, għada jibda l-Kampjonat Nazzjonali tal-blackball, bl-aqwa plejers ta’ Malta li se jkunu qed jikkmpetu fih.

 

Miktub minn...
TVM Sport