Futbol internazzjonali
Blaise Matuidi jingħaqad m’Inter Miami

Il-klabb Amerikan Inter Miami ffirmaw lil Blaise Matuidi wara li dan ħalla lil Juventus ftit tal-jiem ilu. It-tim mill-Major League Soccer ma ħallsu xejn għas-servizzi tal-Franċiż li fil-passat rebaħ it-Tazza tad-Dinja.

Il-kuntratt ta’ Matuidi minn ma’ Juventus ġie fi tmiemu nhar l-Erbgħa li għadda meta l-klabb u l-plejer qablu li jkun aħjar jekk imorru fit-toroq separati tagħhom. Fl-istaġun li għadu kif spiċċa, Matuidi lagħab 45 darba ma’ Juventus fejn għenhom jirbħu d-disa’ staġun konsekuttiv fl-Italja.

Il-Franċiż ta’ 33 sena ngħaqad ma’ sieħbu li fil-passat kienu jilagħbu flimkien ma’ PSG, David Beckham, li llum jinsab imexxi lil Inter Miami. Skont Beckham, kulħadd jinsab kuntent fil-klabb li rnexxilhom jakkwistaw midfielder daqstant ta’ stoffa, li biss biss lagħab 84 darba għal pajjiżu u kien anke parti mit-tim li rebaħ fil-finali tat-Tazza tad-Dinja sentejn ilu meta Franza għelbu lill-Kroazja 4-2.

Inter Miami ser ikomplu l-logħob tal-istaġun fit-22 t’Awwissu kontra Orlando City.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Il-plejer ta’ Paris St Germain, Neymar, ingħata żewġ partiti sospensjoni wara l-inċident li kellu fil-partita kontra Marseille mal-plejer Alavaro Gonzalez il-Ħadd li għadda. PSG tilfu l-partita bl-iskor ta’ 1-0 u…

L-ex kowċ ta’ Barcelona Quique Setien, flimkien ma’ tliet assistenti tiegħu, se jkunu qed ifittxu lill-klabb għad-danni talli ma onorawx il-kuntratt u tkeċċew mill-kariga x-xahar li għadda. Fi stqarrija konġunta,…

Tottenham Hotpsur mistennija jiffirmaw żewġ plejers ta’ Real Madrid fis-sigħat li ġejjin. Gareth Bale u Sergio Reguilon għaddew mit-test mediku li sarilhom f’Londra l-Ħamis, bil-plejer minn Wales ser jirritorna mal-ex…

Aktar