Futbol lokali
Bob Higgins jinstab ħati ta’ 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel.

Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989 u sitt xhur wara ġie sospiż mill-President tal-MFA ta’ dak iż-żmien Gorg Abela wara li sar magħruf li kien hemm akkużi fl-Ingilterra ta’ dan it-tip kontrieh.

Sentejn wara, Higgins ma kienx instab ħati u f’Settembru tal-1992 kien ingħata kuntratt ta’ ħames snin, mill-ġdid, bħala Youth Development Officer, kariga li dam fiha sa Ġunju tal-1994 meta hu ta r-riżenja tiegħu. Ftit ġimgħat wara Higgins kien talab lill-MFA biex jirritorna, iżda l-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA kien ċaħad it-talba tiegħu.

Higgins, 66 sena, ikkowċja wkoll fl-akkademja ta’ Southampton u Peterborough United.

Skont is-sit Ingliż ‘The Guardian’, u diversi siti internazzjonali oħra, fil-Qorti, Higgins, ċaħad dawn l-akkużi għalkemm ammetta waqt il-ġuri li sar f’Bournemouth li kellu ġibda għas-subien. Is-sentenza se tingħata f’data oħra.

Mill-ġuri rriżulta li Higgins kien jagħmel dawn l-atti kemm fid-dressing rooms, fil-karozza tiegħu u anki fid-dar tiegħu meta martu u ibnu kienu jkunu fi kmamar oħra.

L-ewwel rapporti fil-konfront ta’ Higgins imorru lura 30 sena iżda kien biss fl-aħħar snin li provi ġodda ġabu lil Higgins fl-inkwiet.

Il-Pulizija jemmnu li hemm iktar każi ta’ abbużi minn Higgins li qatt ma ġew rappurtati.

Plejers famużi li kienu fl-akkademja ma’ Higgins jinkludu lil Alan Shearer u Dennis Wise, għalkemm dawn it-tnejn ma kienux implikati fil-każi ta’ abbużi.

Minkejja dan kollu, kelliemi mill-MFA qal ma’ TVM Sport li fiż-żmien li Higgins kien f’Malta, qatt ma kellhom rapporti li għamel xi atti fuq xi ħadd, inkluż plejers li dak iż-żmien kienu taħtu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Tazza tad-Dinja tan-Nisa: illum minn Grupp E l-Olanda rebħu 3-1 kontra l-Kamerun. Fil-41 l-Olandiżi minn fuq b’goal ta’ Vivianne Miedema. Eżatt qabel il-mistrieħ kienet Gabrielle Aboudi Onguene li ġabet id-draw għal Kamerun 1-1. Mal-ftutħ…

Futbol internazzjonali

l-Ekwador kisbu t-tielet post dan hekk kif huma għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 1-0 fit-Tazza tad-Dinja taħt l-20 sena . Wara li sad-disgħin minuta l-iskor baqa dak ta’ mingħajr gowls, il-logħba…

Futbol internazzjonali

Il-Brazil għelbu lill-Bolivia bl-iskor ta’ 3-0 fl-ewwel logħba tagħhom tal-Copa America. Wara taqsima fqira, ħames minuti fit-tieni ħamsa u erbgħin minuta Philippe Coutinho fetaħ l-iskor minn penalty wara li dan…

Futbol internazzjonali

Minn Grupp C l-Italja kisbu rebħa faċli hekk kif huma għelbu lill-Ġamajka bl-iskor ta’ 5-0. Il-gowls tal-Azzurri waslu minn hat trick ta’ Cristiana Girelli fit-12 il-minuta minn penalty, fil-25 minuta…

Aktar