Futbol internazzjonali
Boca Juniors isellmu lil Maradona…bintu Dalma preżenti fil-post fejn kienet tkun ma’ missierha

Boca Juniors sellmu lill-istilla Arġentina Diego Armando Maradona b’mumenti ta’ emozzjonijiet kbar f’minuta silenzju u ta’ ċapċipa li ma qatgħetx.

Il-partitarji tħallew jidħlu fl-istadium għall-partita bejn Boca Juniors u Newells Old Boys mingħajr ħlas u l-plejers, kowċis u r-referees tal-partita dehru jingħaqdu f’dak il-mument ta’ rispett.

Ir-referees libsu flokkijiet bit-titli “Gracias Diego” u bint Maradona, Dalma, dehret fil-pożizzjoni li dejjem qagħdet ma’ missieri fl-istess stadium, din id-darba waħedha.

Boca Juniors għelbu lil Newells Old Boys bi skor ta’ 2-0 biż-żewġ gowls li waslu minn Edwin Cardona li mal-gowl deher iħares lejn bint Maradona u jsellmilha.

Miktub minn...
TVM Sport