Bodybuilding
Bodybuilding: Malti jissejjaħ biex jagħmel parti mill-Federazzjoni Internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Bodybuilding, ftit tal-jiem ilu, ħatret lil Kevin Grech, bħala wieħed mill-persuni responsabbli mid-Dipartiment tal-Media u l-Komunikazzjoni tagħha. L-appuntament ta’ Grech hu wieħed minn diversi li Malta kellha f’dawn l-aħħar snin b’persuni professjonali li kapaċi jimlew pożizzjonijiet ta’ ċertu prestiġju.

L-offerta lil Grech waslet minn Dr Rafael Santonja, il-President tal-IFBB li xtaq lil Malti jkun parti mill-amministrazzjoni tiegħu. Santonja se jkun qed jaħdem flimkien ma’ Grech u oħrajn id f’id biex jorganizzaw l-akbar avvenimenti tal-bodybuilding fid-dinja.

L-ewwel impenn ta’ Grech se jkunu l-Kampjonati Ewropej tal-bodybuilding f’Mejju li ġej fi Spanja. F’Settembru, Grech se jerġa’ jkun impenjat bl-Arnold Classic Europe, f’Baċellona.

Grech hu s-sid tas-sit popolari www.evolutionofbodybuilding.net li ilu jkun aġġornat b’informazzjoni kontinwa u ta’ kuljum mill-2013. Dan is-sit hu popolari ħafna l-aktar fl-Istati Uniti, il-Kanada, l-Awstralja u l-Ewropa Ċentrali. Is-sit għandu wkoll aktar minn kwart ta’ miljun ‘like’ fuq il-paġna ta’ Facebook u kważi 60,000 segwaċi fuq Instagram.

L-IFBB, l-ikbar organizazzjoni tal-bodybuilding fid-dinja, u għandha 197 federazzjoni minn pajjiżi 197 pajjiż differenti membri magħha.

Kevin Grech se jkun qed jaħdem viċin personalitajiet kbar fid-dinja tal-bodybuilding bħalma hu l-ex Champion tad-Dinja u attur, Arnold Schwarzenegger.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Bodybuilding

Bodybuilding: Is-sena 2016 se tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-iktar pożittiv għal dan l-isport hekk kif kien reġistrat suċċess internazzjonali ieħor għall-Federazzjoni Maltija tal-Bodybuilding u l-Fitness. Dan wara li l-koppja Ralph…

Bodybuilding, Sport Lokali

Bodybuilding Il-Federazzjoni Maltija tal-Bodybuilding kompliet tikseb iktar suċċessi internazzjonali fejn din id-darba il-bodybuilder Gilbert Cuschieri kiseb 2 riżultati mill-aqwa fi Praga u f’Liverpool. Fl-EVLS Prague Showdown Cuschieri kiseb ir-4 post…

Bodybuilding

Wara li ġimagħtejn ilu rebaħ il-kategorija superheavyweight u l-overall fl-Arnold Classic Europe, suċċess ieħor għall-bodybuilder Malti Luke Debono meta rebaħ kemm il-kategorija tiegħu kif ukoll l-overall fil-Ben Weider Legacy Cup…

Aktar