Bojan Kaljevic bl-ewwel unur personali

Il-player ta’ Mosta Bojan Kaljevic rebaħ l-unur tal-Bank of Valletta player tax-xahar għax-xahar ta’ Awwissu.

Il-player Montenegrin kien protagonista fir-rebħa ta’ Mosta kontra Valletta meta kien skorja l-goal uniku tal-partita favur il-Mostin.

Eventwalment il-player skorja żewġ goals oħra kontra Żebbuġ fit-tieni partita tal-kampjonat wieħed minnhom minn penalty u l-ieħor minn azzjoni ta’ korner. F’dan il-konfront li kien intlgħab fis-Centenary Stadium Kaljevic kien ukoll falla penalty ieħor.

Kaljevic l-istaġun li għadda kien ukoll qed jilgħab f’Malta mat-team ta’ Mosta.

Hu kien ippreżentat bit-trofew mill-Branch Manager tal-lokalita’ tal-Mosta Emily Grech.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Wara diversi riżultati interessanti fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, hemm timijiet li għadhom jissieltu għall-ewwel punti fil-klassifika, filwaqt li…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

L-ex captain ta’ Floriana Clyde Borg ingħaqad ma’ Gżira United. Borg iffirma kuntratt ta’ sena mal-Maroons. Clyde Borg għandu 28 sena u fil-karriera tiegħu lagħab aktar minn 200 partita ma’…

Il-protokoll mediku implimentat fil-Kampjonat BOV Premier u fiċ-Challenge League, mhux se jkun l-istess bħal dak implimentat għal-livelli ‘amateur and grassroots.’ TVMSport jinsab infurmat li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin iqisu dan il-livell…

Aktar