Futbol lokali
Bonett u Vassallo jħabbru li se jikkontestaw l-elezzjoni ta’ President tal-MFA

Iż-żewġ kandidati ewlenin għall-kariga ta’ President tal-Malta Football Association ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jikkontestaw għal din il-kariga minn hawn u ftit inqas minn sitt ġimgħat oħra.

Kien Bjorn Vassallo l-ewwel li fformalizza l-intenzjonijiet tiegħu kmieni filgħodu meta għażel li jikkonferma l-kandidatura tiegħu ma’ sit lokali.

Bjorn Vassallo ex Kap Eżekuttiv u ex Segretarju Ġenerali tal-MFA kien il-persuna li għin lil Norman Darmanin Demajo jirbaħ l-elezzjoni fit-tieni tentattiv għall-kariga ta’ President meta Darmanin Demajo kien ikkontesta lill-Avukat Joe Mifsud. Għal dawn l-aħħar tliet snin Bjorn Vassallo kien Direttur tal-FIFA responsabbli mill-Assoċjazzjonijiet membri fi ħdan il-UEFA.

F’kumment personali fuq il-paġna ta’ facebook Vassallo qal dawn se jkunu jiem impenjattivi, iżda se li jagħtuh motivazzjoni jkompli jservi lill-futbol bil-qawwa kollha li għandu.

Illejla mbagħad kien imiss lil Chris Bonett li jikkonferma l-kandidatura tiegħu permezz ta’ video li ttella’ fuq il-paġna personali ta’ facebook. Qabel hu kien għażel li jinforma lill-klabbs u lill-Assoċjazzjonijiet membri tal-MFA bl-intenzjonijiet tiegħu permezz ta’ ittra personali.

Bonett li hu Avukat, daħal fl-amministrazzjoni tal-MFA fl-2010, fejn wara ġie elett darbtejn bħala viċi president. Għamel perjodu bħala Integrity Officer tal-UEFA u bħalissa hu Konsulent fis-Segretarjat Parlamentari għall-Isport.

Fil-messaġġ tiegħu Bonett saħaq li issa wasal iż-żmien li jinkiteb kapitlu ġdid fl-Istorja tal-futbol Malti fejn l-MFA tinbidel għal waħda moderna, issir aktar trasparenti u tħaddan prinċipji kummerċjali fejn il-Klabbs ikunu fuq nett.

L-Elezzjoni għall-kariga ta’ President se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA fl-20 ta’ Lulju.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kellhom jgħaddu 27 sena mill-aħħar kampjonat mirbuħ minn Floriana fl-istaġun 1992/93 meta dakinhar kien refa’ t-Tazza tal-Kampjonat il-mibki David Cluett sabiex il-Furjaniżi sa fl-aħħar jerġgħu jgħollu t-Tazza ta’ Champions tal-Football…

Futbol lokali

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-preżentazzjoni tat-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League lil Luxol Futsal li rebħu dan il-kampjonat tal-istaġun 2019/20. Luxol dan l-istaġun rebħu double partikolari hekk kif apparti li…

Futbol lokali

Attard FC is-Sibt filgħaxija kienu ppreżentati bit-Tazza ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 2019/20. Il-Preżentazzjoni lil-captain tat-team Nigel Spiteri imdawwar bi sħabu l-players u membri tal-kumitat saret mill-President tal-MFA…

Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Aktar