X

Bormla jirbħu r-Regatta ta’ Jum il-Vitorja 2018 b’rekord assolut. Id-19 -il darba fl-istorja

Kif inhi t-tradizzjoni, wara nofsinhar saret ir-regatta nazzjonali fil-Port il-Kbir. Ix-shield ta’ Jum il-Vitorja din is-sena intrebħet minn Bormla. Din kienet id-19-il darba li huma rebħu x-shield fl-istorja tagħhom.

Bormla llum wettqu wkoll rekord assolut hekk kif rebħu il-11-il tiġrija li saru minn 11.. prattikament rebħu t-tiġrijiet kollha. Huma rebħu l-5 tiġrijiet tal-kategorija Open, il-5 tiġrijiet tal-kategorija B u t-tiġrija speċjali tan-nisa fuq il-frejgatini. F’din it-tigrija tan-nisa Bormla daħlu l-ewwel flimkien mal-Kalkara. Bormla b’hekk rebħu ż-żewġ kategoriji b’total massimu ta’ 88 punt. Din kienet ukoll l-ewwel darba li Bormla rebħu x-Shield ta’ Jum il-Vitorja b’ħames palilijiet tal-ewwel fil-kategorija Open. Huma kienu għamlu dan tliet darbiet oħra fil-passat iżda fir-Regatta ta’ Marzu.

Fit-Tieni post fil-kategorija Open temmew il-marsa bi 28 punt, u fit-tielet post Birżebbuġa b’26 punt, segwew l-Isla bi 18 u Marsamxett bi 12 -il punt.

Fit-Tieni post fil-kategorija B spiċċaw l-Isla bi 48 punt, u fit-tielet post Birżebbuġa bi 18 -il punt. Segwew il-Birgu b’14 u l-Kalkara b’4 punti.

Din ir-rebħa din is-sena tinżel iktar għasel mal-Bormliżi hekk kif  qed jiġi ċċelebrat il-50 anniversarju min meta Bormla kienu rebħu x-shield ta’ Jum il-Vitorja għall-ewwel darba fl-1968.

Riżultat Frejgatini Nisa:
1. Bormla u Kalkara 3. Isla
(Qaddiefa Bormla Glynnis Cilia u Lorraine Gauci. Qaddiefa Kalkara Sarah u Rebecca Fitz)

Riżultati kollha tal-kategorija Open:

Midalji: 1. Bormla 4’52, 2. Isla, 3. Birżebbuġa
(Qaddiefa ta’ Bormla: Kieran Zammit, Clive Casha, Denis Thornton u Jurgen Camilleri)

Frejgatini: 1. Bormla 7’12, 2. Marsa, 3. Biżebbuġa
(Qaddiefa ta’ Bormla Kieran Zammit u George Frendo)

Tal-Pass b’żewġt Imqadef: 1.Bormla 5’52, 2. Marsamxett, 3. Isla
(Qaddiefa ta’ Bormla Clive Casha u Denis Thornton)

Kajjikki: 1.Bormla 6’38, 2. Birżebbuġa, 3. Marsa
(Qaddiefa ta’ Bormla Maximilian Mamo u Romario Brignone)

Tal-Pass b’erbat Imqadef: 1. Bormla 5’36, 2. Marsa, 3. Birżebbuġa
(Qaddiefa ta’ Bormla: George Frendo, Clive Casha, Denis Thornton u Jurgen Camilleri)

Riżultati kollha tal-kategorija B:

Midalji: 1. Bormla 5’03, 2. Isla, 3. Birgu

Frejgatini: 1. Bormla 7’26, 2. Birgu, 3. Birżebbuġa

Tal-Pass b’żewġt Imqadef: 1.Bormla 5’20, 2. Isla, 3. Birżebbuġa

Kajjikki: 1. Bormla 6’52, 2. Isla, 3. Kalkara

Tal-Pass b’erbat Imqadef: 1. Bormla 5’15, 2. Isla, 3. Birżebbuġa

 

Ritratti: Sandro Micallef