Formula 1
Bottas jirbaħ il-Pole Position tal-ħames Grand Prix tal-istaġun. Il-Ħadd fit-3.10pm ħin lokali

Formula 1: Il-Finlandiż Valterri Bottas fuq Mercedes se jkun qed jibda mill-ewwel filliera fil-Grand Prix tal-Ħadd li se jerġa’ jsir fiċ-ċikwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Bottas kellu l-aħħar lap stupenda u ssupera l-ħin ta’ Lewis Hamilton bil-Brittaniku jikseb it-tieni l-aħjar ħin bil-Mercedes tiegħu. Is-sorpiża tal-ġurnata għamilha Niko Hulkenberg fuq karozza Renault li qed jissostitwixxi temporanjament lil Sergio Perez li jinsab iżolat minħabba li ħa l-virus COVID-19.

Hulkenberg se jibda l-Ħadd dan il-Grand Prix mit-tieni filliera ħdejn Max Verstappen fuq Red Bull li rreġistra r-raba’ l-aħjar ħin. Segwew Daniel Ricciardo fuq ir-Renault l-oħra u Lance Stroll fuq Racing Point bil-ħames u s-sitt l-aħjar ħin u għalhekk se jibdew mit-tielet filliera. Pierre Gasly fuq Alpha Tauri u Charles Leclerc fuq Ferrari rreġistraw is-seba’ u t-tmien l-aħjar ħin, filwaqt li Alex Albon fuq Red Bull u Lando Norris fuq McLaren kellhom id-disa’ u l-għaxar l-aħjar ħin.

Il-Grand Prix tal-Ħadd il-ħames Grand Prix tal-istaġun fit-3.10pm ħin lokali.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

F1: Grand Prix ta’ Mugello fl-Italja, Grand Prix mimli emozzjonijiet, aċċidenti u żewġ red flags rarita’ fil-Formula 1. Kien il-Brittaniku Lewis Hamilton li rebaħ sabiex patta bil-kbir għad-diżappunt ta’ ġimgħa…

Lewis Hamilton għamel l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali tal-lum u għada se jkun qed jitlaq mill-ewwel post tal-Grand Prix ta’ Mugello. Għal Hamilton din se tkun il-95 Pole tal-karriera. Hu għamel…

Il-Messikan Sergio Perez se jkun qed jitlaq lil Racing Point fl-aħħar tal-istaġun. Din l-aħbar taha s-sewwieq stess u t-tim tiegħu. L-erba’ darbiet Champion tad-Dinja Sebastian Vettel se jkun qed jieħu…

Pierre Gasly rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret illum f’Monza fl-Italja Din kienet sorpriża kbira għall-isport tal-Formula 1 u għall-kostrutturi Alpha Tauri li wara inċident li kien hemm wara s-27…

Aktar