Sports Internazzjonali
Bottas jirbaħ l-ewwel tiġrija ddominata mill-Mercedes

Il-Finlandiż Valteri Bottas rebaħ l-ewwel tiġrija tal-Grand Prix 2019 li saret dalgħodu f’Melbourne, l-Awstralja. Tiġrija li rat id-dominju tal-Mercedes hekk kif il-Brittaniku u Champion renjanti Lewis Hamilton spiċċa t-tieni. Max Verstappen fuq Red Bull ikklasifika t-tielet segwit minn Vettel u Leclerc fuq Ferrari u l-Haas ta’ Magnussen.

Daniel Ricciardo kellu bidu diżastruz għal din it-tiġrija dan hekk kif huwa tilef parti mill-ġenb ta’ quddiem tal-karozza tiegħu Renault. Huwa kien sfurzat li jirtira mit-tiġrija ftit tal-ħin wara.

Intant Carlos Sainz sar l-ewwel sewwieq li rtira fil-Kamjonat 2019 dan hekk kif in-naħa ta’ wara tal-McLaren tieħu ħadet in-nar. Huwa rtira fil-11 il-dawra hekk kif ħareġ mill-karozza bil-marshals ikunu pronti biex jikkontrollaw in-nar.

It-tiġrija li jmiss issir fil-31 ta’ Marzu fil-Bahrain.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il-belt Taljana Milan rebħet il-bid biex tospita dawn il-Logħob. Il-Logħob Olimpiku se jiġu osptati fis-resort Cortina d’Ampezzo. Id-deċiżjoni mill-Kumitat Olimpiku internazzjonali ttieħdet illum għal ħabta tas-18.00. Milan għelbet lill-belt kapitali…

Sports Internazzjonali

Il-Brażiljan Filipe Toledo u l-Awstraljana Sally Fitzgibbons rebħu l-kategoriji tagħhom fil-World Surf League li sar f’Rio, il-Brażil. Għal Toledo ma kenitx diffiċli li jegħleb l-isfida ta’ Jordy Smith mill-Afrika t’Isfel…

Sports Internazzjonali

Il-pjazza Place de la Concorde, fiċ-ċentru ta’ Pariġi, dalgħodu ddawret f’post atletiku b’courts, trakki u skate park f’dik li ssejħet Olympic Day. F’din it-tielet edizzjoni tal-Olympic Day, il-Parġini bdew ifakkru…

Formula 1

Lewis Hamilton żied il-vantaġġ li għandu fil-klassifika b’rebħa oħra fil-Grand Prix tal-lum li saret fi Franza. Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva għas-sewwieq Ingliż. Għall-Mercedes din kienet l-10 rebħa konsekuttiva u…

Aktar