Futbol lokali
BOV Challenge League: Dro bejn Tarxien u St. Andrew’s

BOV CHALLENGE LEAGUE 2021/22

Tarxien ………………………. 2

St. Andrew’s ………………. 2

Tarxien u St. Andrew’s provdew spettaklu fi dro ta’ 2-2, f’logħba mill-iktar interessanti u mimlija azzjonijiet ta’ skor.

Tarxien bdew fuq l-attakk bir-riħ favur tagħhom u marru fil-vantaġġ fit-22 minuta meta Darren Falzon skorja ġmiel ta’ gowl direttament minn freekick.

Fit-32 minuta kuntatt fil-kaxxa ta’ Tarxien u penalty wara fawl fuq Sano, u mill-11-il metru l-veteran Joseph Farrugia ma żbaljax b’xutt fil-baxx. Tarxien resqu qrib bi freekick ta’ Darren Falzon iżda Montfort din id-darba dawwar għal korner.

Fit-43 minuta minn kross ta’ Wellington, id-daqqa ta’ ras ta’ Silva Faria bil-ballun jaħbat mal-mimduda u fil-ħames minuta ta’ ħin miżjud kienu is-Saints li marru fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras ta’ De Melo Lima.

Seba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Tarxien għamlu l-iskor indaqs meta kien Wellington li skorja b’daqqa ta’ ras b’saħħtiha mill-viċin.

Miktub minn...
TVM Sport