Futbol lokali
BOV Challenge League – Rebħiet importanti għal Mqabba u Marsaxlokk

Qrendi  0-2  Mqabba

B’gowl f’kull taqsima Mqabba għelbu lill-ġirien Qrendi bl-iskor ta’ 2-0 fil-BOV Challenge League. Kurt Borg skorja l-gowl tal-vantaġġ fl-44 minuta, biex l-Imqabbin daħlu jistrieħu 1-0 minn fuq. Fit-tieni taqsima komplew jippressaw sakemm Ryan Spiteri skorja t-tieni fit-72 minuta biex Mqabba rebħu dan il-konfront 2-0 u b’hekk ħadu tliet punti importanti fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni.

Vittoriosa S.  0-2  Marsaxlokk

Marsaxlokk rebħu konfront dirett kontra Vittoriosa Stars fin-naħa t’isfel tal-klassifika, 2-0. L-Ixlukkajri marru minn fuq wara biss 8 minuti permezz ta’ Dennis Cartella u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Il-Ġirbin fallew iċ-ċans li jġibu d-draw fit-72 minuta meta fallew penalty, b’Rafael De Fex jagħmilhom 2-0 fis-87 minuta u għalaq il-logħba. B’din ir-rebħa Marsaxlokk inqalgħu miż-żona l-ħamra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA