Futbol lokali
BOV Challenge League – St George’s jieħdu t-tielet rebħa fl-aħħar ħames logħbiet, did-darba kontra Swieqi UTD

St George’s  1-0  Swieqi UTD

Rebħa li tiswa ħafna għal St George’s fin-naħa t’isfel tal-klassifika meta rebħu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Swieqi United. Għal Swieqi din kienet ir-raba’ telfa minn ħames logħbiet, telfa li m’għenithomx fl-isfida li jiġu promossi għall-Kampjonat Premier. Min-naħa l-oħra, din kienet it-tielet rebħa għal St George’s mill-aħħar ħames logħbiet, disa’ punti li jistgħu jiswewhom ħafna fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA