Futbol lokali
BOV GFA Cup Rawnd Preliminari: Jirbħu SKVW u Kerċem fost oħrajn

Fl-ewwel logħba tal-Ħadd, SK Victoria Wanderers kisbu rebħa ta’ tlieta b’xejn kontra Għarb Rangers. Il-Wanderers fetħu vantaġġ ta’ żewġ gowls permezz ta’ konlużjoni ta’ Gabriel Cardona fit-tmintax-il minuta u gowl ta’ Aud-Gustine James Obaje. Il-Wanderers aċċertaw mir-rebħa bit-tielet gowl li wasal fil-wieħed u tmenin minuta permezz ta’ Sam Harland wara free kick ta’ Predrag Dordevic. Qabel tmiem il-partita il-Wanderers setgħu skurjaw tal-anqas gowl ieħor iżda fit-tmienja u tmenin minuta tentativ tas-sostitut Ajibade Adesina spiċċa mal-lasta.

Fl-aħħar logħba minn din il-fażi tal-kompetizzjoni Kerċem Ajax kisbu rebħa ta’ erbgħa bi tnejn wara l-ħin barrani kontra Għajnsielem. Għajnsielem marru fil-vantaġġ b’gowl ta’ Kenneth Mercieca . Kerċem kisbu l-gowl ta’ draw permezz ta’ Pedro Leite Do Canto wara azzjoni ta’ kontra attakk. Fit-tieni taqsima l-partita kienet aktar bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet kellhom okkażjonijiet fejn setgħu marru fil-vanatġġ iżda l-iskor baqa m’nbidilx u l-logħba kella tidħol fil-ħin barrani. Fil-ħames minuta logħob tal-ewwel taqsima tal-ħin barrani Kerċem kellhom lil Elton Vella li kien imkeċċi għat-tieni ammonizjoni, iżda Kerċem skurjaw tlett gowls mingħajr risposta minkejja li kienu bi plejer anqas. Fit-tmienja u disgħin minuta Kerċem dawwru r-riżultat favur tagħhom b’gowl ta’ Nathaniel Mercieca u Felipe Augusto De Oliviera kabbar il-vantaġġ bit-tielet gowl li wasal wara erbgħin sekonda logħob tat-tieni taqsima tal-ħin barrani. Pedro Leite Do Canto skorja ir-raba gowl għal Kerċem fil-mija u erbatax-il minuta u żewġ minuti minn tmiem il-ħin barrani Għajnsileem skurjaw it-tieni gowl tagħhom permezz ta’ konklużjoni mill-viċin ta’ Luis Andre De Melo Lima.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illejla edizzjoni oħra tal-programm OFFSIDE, xandira diretta fid-8.45pm fuq TVM2. Mistiedna llejla Jonathan Caruana, captain ta’ Valletta, Gejtu Debattista, Viċi President ta’ Hamrun Spartans, Mario Muscat, Direttur Tekniku ta’ Qormi…

Futbol lokali

Hibernians…………………1 Valletta……..………………2   Fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa Valletta ħadu t-tlett punti importanti kontra Hibernians biex b’hekk issa telghu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma l-istess Hibernians b’34 punt f’logħba mimlija episodji u…

Futbol lokali

Qormi……….  1 Balzan………  3   Debutt kwiet għal Steve Pisani fir-rebħa ta’ Balzan fuq Qormi bl-skor ta’3-1. L-ewwel azzjoni tal- partita waslet wara 17 -il minuta minn Balzan meta l-akkwist…

Futbol lokali

Rebħa importanti għat -team ta Jose Borg Tarxien hekk kif dawn it tlett punti rawhom jitilgħu jokkupaw it tmien post fil klassifika premier kif ukoll jaqbzu lil St Andrews. Bla…

Aktar