Futbol lokali
FILMAT BOV Premier: Balzan bl-ewwel rebħa taħt il-kowċ Jacques Scerri

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Pieta …..……….0

Balzan.…………3

Fit-tmintax –il ġurnata tal-kampjonat Premier Balzan kisbu tlett punti mportanti wara li għelbu lil Pieta bl-iscore ta’ 3-0 u hija l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija ta’ Jacques Scerri kowċ ta’ Balzan FC

16’ BZN Freekick mogħti minn Steve Pisani, ballun li wasal għand Bosovic minn viċin il-lasti xutt tajjeb li ħabat mal-wieqfa;

Man-nofs siegħa logħob kellna Cross ta’ Correa u daqqa ta’ ras ta’ Andrija Majdevaz però r-referee ħassar dan il-gowl fuq senjalazzjoni ta’ offside ta’ Serrano Valero.

Tlett minuti biss wara rajna żball difensiv ta’ Radovanovic ballun li niżel perfett f’sieq Andrija Majdevaz li mill- viċin ma sa l-ebda problema biex jitfa wara Nicholas Vella.

46’ BZN rajna pass ta’ Correa lejn Lepovic xutt b’saħħtu li mar barra

Mas-siegħa logħob Balzan jaghmluwhom 2-0 cross ta’ Ljubomirac lejn Lepovic fin-nofs xutt tajjeb jilqa parzjalment Nicholas Vella biex mir-rebound kien Riccardo Correa li permezz ta’ xutt b’saħħtu fil-baxx xeħet fix-xibka

71’ BZN Xutt mis-sostitut Sean Cipriott minn tarf il-kaxxa bil-Gowler Nicholas Vella jdawwar f’corner.

77’ BZN Balzan jagħmulwhom 3-0 u ssiġillaw ir-rebħa mportanti għalihom meta rajna pass tajjeb minn Steve Pisani lejn is-sostitut Alfred Effiong li dan minn qagħda pjuttost anglata spara xutt tajjeb.

85’ BZN Azzjoni tajba oħra ta’ Balzan pass lejn Alfred Effiong minn fuq ix-xellug jagħti fin-nofs lejn Steve Pisani xutt tajjeb tiegħu sfortunat li ħabat mal-minduda

Riżultat finali: PIETA  0  BALZAN 3.

Referee tal-partita: Alex Johnson.

BOV Player tal-Logħba: Ricardo Correa – Plejer ta’ Balzan FC.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illum tkomplu u tlesta l-MFA Symposium li kien organizzat f’Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta. Dan is-symposium wassal tagħrif ta’ opportunitajiet fid-dinja diġitali tal-lum. Is-Symposium fetaħ b’diskors tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo…

Futbol lokali

Darren Abdilla hu l-kowċ il-ġdid ta’ Valletta FC. Hu ffirma kuntratt li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2021/2022. L-aħbar saret uffiċjali ilbieraħ filgħaxija. Abdilla kien strumentali biex Gżira United FC għamlu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol lokali

Manuele Blasi, l-ex plejer tas-Serie u tat-tim nazzjonali Taljan, mil-lum sar il-kowċ ta’ Hamrun Spartans FC. Blasi se jkun qed jibdel lil Giovanni Tedesco li ħalla l-kariga tiegħu biex ingħaqad…

Aktar