BOV Premier: Balzan fit-tielet post flimkien ma’ Valletta u Hibernians

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Balzan……..2

Floriana…..0

Wara 7 minuti logħob korner għall Floriana li ngħata minn Clayton Failla qajjem taħwida taħt il-lasti ta’Sultana, fejn Majdevac laqat il- ballun ħażin li ħabat mal lasta pero kemm Cabral kif ukoll Ruiz naqsu li jikkonkludu għall ġewwa mil viċin.Fil 21 minuta Balzan fuq l-attak, il-kross mil- lemin ta’ Alex Da Paixao Alves u xutt fil baxx ta’ Alfred Effiong kien salvat faċilment minn Akpan.Tlett minuti wara free-kick sabiħ ta’ Clayton Failla u  Steven Sultana kien attent u dawwar f’korner.Fis 36 minuta free-kick għall Balzan li ngħata minn Ricardo Correa iżda daqqa ta’ ras ta’ Valero Serrano għaddiet ftit barra, u ftit wara xutt ta’ Alex Da Paixao spiċċa għoli mil lasti ta’ Akpan………………………………….HT 0-0.

Erba minuti mil ftuħ ta tieni taqsima, kross mil-lemin ta’ Ljubomirac u min taħt il-lasti furjaniża, Lepovic ma laħaqx fil pront, pero fit 52 minuta Balzan marru fil vantagg, il-kross fil penatly area ta’Floriana u wara diversi xuttijiet imblukkati, il-ballun spiċċa f’saqgħajn Alfed Effiong li mil viċin tefa fix-xibqa ta’ Floriana.Fil 75 minuta azzjoni personali ta’ Da Paixao Ales tispiċċa bix xutt finali ta’ Uros Ljubomirac li għadda ftit barra.Tlett minuti mit-tmiem Floriana kienu viċin il gowl ta’ draw, wara free-kick ta’ Failla ix-xutt sabiħ ta’ Enzo Ruiz ġie salvat b’diffikulta minn Sultana sabiex fil 91 minuta Balzan issiġilaw ir-rebħa tagħhom meta Effiong kompla lejn Da Paixao Alves li b’xutt b’saħħtu għeleb għall kollox lil Akpan.

Rizultati finali..Balzan 2 v Floriana 0

Referee: Glen Tonna

BOV Player tal logħba : Alex Da Paixao Alves (Balzan )

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Malta                      1 Gżejjer Faroe         1   Wara t-telfa ta’ 5-0 kontra l-Kosovo, il-Maltin daħlu għal din il-logħba preparati li jagħmlu minn kollox biex jagħtu risposta f’waqtha u jqumu għall-okkazzjoni kontra l-Gżejjer…

Futbol lokali

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija. Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja:…

Futbol internazzjonali

Paul Pogba kien irritorna lura ma’ Manchester UTD fl-2016, wara li kien ħalla lit-tim t’Old Trafford biex mar jilgħab Turin mat-tim ta’ Juventus. Fl-aħħar ġimgħat kompliet tikber l-ispekulazzjoni li Pogba…

Futbol internazzjonali

Illejla jintlagħbu l-aħħar seba’ logħbiet tal-gruppi tal-UEFA Nations League, biex imbagħad ikollna stampa ċara ta’ liema timijiet kienu promossi jew relegati minn League għal ieħor. Is-semifinalisti huma diġa’ magħrufa, bit-timijiet…

Aktar