Futbol lokali
BOV Premier: Bilanċ bejn Sliema Wds u St. Andrews

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Sliema Wds…..1

St Andrews ….1

It-tieni dro konsekuttiv għat-tim ta’ Sliema W., fit-tmexxija ta’ Ivan Woods, dro ta’ 1-1 ma’ St.Andrews.

Sliema W. jieħdu biss punt kontra Luxol, f’parita’ ta’ 1-1. Sliema W. li m’għarfux jagħlqu l-partita’, u ġew ikkastigati bil-gowl tad-dro ta’ St.Andrews

4 minuta-Sliema W. mill-ewwel fil-vantaġġ, meta korner mil-lemin, xutt ta’ Younes Marzouk, ballun li jaħbat maż-żagħżugħ Kurt Shaw, ballun fix-xibka, ballun li jqarraq għal kollox bil-gowlkeeper Matthew Calleja Cremona; Sliema W. 1-0 St.Andrews.

8 minuta-Sliema W. b’azzjoni oħra interessanti, Claudio Pani mix-xellug, lejn Ignazio Varela, li jispiċċa jolqot il-wieqfa, bil-ballun li jispiċċa f’korner

19 minuta-Azzjoni mill-isbaħ ta’ Sliema, Pani bit-takkuna lejn Younes Marzouk, dan jgħaddi lejn Ignazio Varela, li jitfa’ imbagħad assolutament barra

42 minuta-L-ewwel azzjoni ta’ St.Andrews, xutt tajjeb tal-captain Joseph Farrugia, minn barra l-kaxxa, ballun kemm kemm għoli mil-lasti ta’ Jake Galea.

Tieni taqsima; St.Andrews jiksbu l-gowl tal-parita’, fit-63 minuta, meta Jonathan Pearson jwaqqa’ lil Matthew Woo Ling fil-kaxxa, bir-referee Philip Farrugia jordna l-‘penalty’, li mill-ħdax-il metru Martin Davis jegħleb lil Jake Galea, għal Sliema W. 1-1 St.Andrews.

87 minuta-Sliema W. jirrispondu b’xutt ta’ Ryan Fenech, isalva parzjalment Cremona, Stefano Biancardi minn taħt il-lasti, jitfa’ biss għoli

Riżultat finali-Sliema W. 1-1 St.Andrews

BOV Plejer tal-Partita-Younes Marzouk (Sliema W.)

Referee-Philip Farrugia.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tħabbar li ż-żewġ logħbiet mill-kwartifinali tal-FA Trophy li kellhom jintlagħbu għada fl-istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali kienu mħassra minħabba l-maltemp. Fl-ewwel logħba ta’ għada Balzan kellhom jiltaqgħu kontra Tarxien u fit-tieni…

Futbol lokali

Birkirkara ppreżentaw l-akkwisti u l-isponsors il-ġodda f’konferenza stampa organizzata llum wara nofsinhar li ġiet indirizzata mill-President Frank Zarb, mid-Drettur Tekniku Michael Valenzia u mid-Direttur Sportiv John Arne Riise. Frank Zarb,…

Futbol lokali

Bejn għada u l-Ħadd, jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-FA Trophy, fejn minnhom iridu joħorġu s-semifinalisti għal dan l-istaġun. It-tmien kowċis li se jkunu nvoluti f’dawn il-partiti ngħaqdu f’daqqa fil-Millennium Stand…

Aktar