BOV Premier – Birkirkara mċaħħda mill-ġirien

Kampjonat BOV Premier
Birkirkara ….. 0
Balzan ……….. 0

Logħba li ma offritx spettaklu tispiċċa fi draw ġust ta’ mingħajr gowls biex issa Birkirkara telgħu b’ 27 punt filwaqt li Balzan issa għandhom 19 punt fil-klassifika ġenerali.

18 min – Dos Santos Gonzaga jibqa’ dieħel tajjeb fil-kaxxa, u fil-pront jqassam il-ballun ‘il barra fejn isib lil Costa Morais, iżda dan ma jirnexxilux jagħmel il-kuntatt mixtieq mal-ballun, bix-xutt tiegħu jispiċċa għand l-istess Gonzaga li jinqabad f’posizzjoni ta’ offside alavolja dan jifqa’ x-xibka.

42 min – Shola Shodiya jara l-ġirja ta Paul Fenech u jgħaddilu pass preċiż, iżda l-konklużżjoni ta Fenech tkun waħda ċentrali, bil-keeper ta’ Balzan Steve Sultana jsalva tajjeb.

63 min – Risposta tajba mit-tim imexxi minn Oliver Spiter hekk kif xutt tas-sostitut Lydon Micallef jispiċċa barra mil-lasti ta’ Haber.

73 min – Birkirkara jipprotestaw għal penalty meta Steve Bezzina deher iwaqqa’ lil Costa Morais fil-kaxxa, iżda r-referee iħalli l-logħob għaddej.

86 min – Birkirkara jispiċċaw din il-logħba b’għaxar plejers wara li Ryan Scicluna ġie muri karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Bilbao Zarate.

BOV Plejer tal-partita – Steve Sultana – Goalkeeper ta’ Balzan.

Miktub minn...
Rodney Vassallo