Futbol lokali
BOV Premier: Cohen jevita l-ewwel telfa għall-Maroons, Mosta tant viċin ir-rebħa

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Gżira United…….3

Mosta …………….3

Għall din il-partita Gżira kienu mingħajr 3 players importanti fit–tim, Amadou Samb imweġġa’,  Haruna Garba u Juan Corbolan sospiżi.

Wara 10 minuti logħob Mosta marru fil-vantaġġ, korner li ngħata minn Francesco Mazzavillani għola tajjeb Rafael Morisco Da Silva u b’daqqa ta’ ras sammar il-ballun fix-xibka ta’ Haber. Erba’ minuti wara azzjoni twila ta’ Gzira tispiċċa bix-xutt ta’ Edison Bilboa Zarate ġie imdawwar f’korner minn Andreas Vella. Fit 22 minuta xutt ta’ Nikolai Muscat għadda għoli mil–lasti ta’ Vella, minuta wara Mosta fl-attak il-kross ta’ Claude Angan u xutt fil-baxx ta’ Juri Cisotti spiċċa f’idejn Haber. Minuta qabel spiċċat l-ewwel taqsima cross-shot insidjuż ta’ Sacha Borg u l-goalkeeper Vella ikklerja b’diffikulta’.

Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, kross ta’ Massimo Sammartino u xutt fil-baxx ta’ Romeu Romao spiċċa ftit barra. Fis-56 minuta Gżira wieġbu b’xutt ta’ Zachary Scerri li għadda barra ukoll u żewġ minuti wara Mosta irduppjaw l-iskor meta Garnet Roach Akeem dar ma’ żewġ difensuri tal-Maroons u b’xutt għar-rokna għeleb lil Justin Haber.

Fil-65 minuta  free-kick angulat ta’ Massimo Sammartino u Haber dawwar f’korner. Fit-72 minuta xutt sabih ta’ Andrew Cohen pero’ Vella kien attent u dawwar f’korner. Fl-84 minuta Gżira naqqsu l-iskor meta xutt ta’ Barbosa ħabat mal–lasta u mir-rebound Bilboa Zareta b’daqqa ta’ ras tefa l-ballun fix-xibka, sabiex żewġ minuti mit-tmien Gżira kisbu l-gowl tad-draw meta xutt ta’ Andrew Cohen spiċċa fix-xibka ta Mosta, pero’ żewġ minuti wara Mosta marru fil-vantaġġ meta kien ħemm ħarba fuq ix-xellug ta’ Cisotta u kross tiegħu fil-baxx ġie konkluz b’faċilita minn Garnet Roach Akeem. Fl-aħħar minuti tal-partita tkeċċa Garnet Roach Akeem u ftit wara Gżira kisbu għal darb’oħra l-gowl tad-draw b’xutt sabiħ ta’ Andrew Cohen.

Riżultat finali : Gzira Utd 3 – Mosta FC  3.

Referee : Stefan Pace. BOV Player tal partita :Claude Angan Davy.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Rebħa importanti għat -team ta Jose Borg Tarxien hekk kif dawn it tlett punti rawhom jitilgħu jokkupaw it tmien post fil klassifika premier kif ukoll jaqbzu lil St Andrews. Bla…

Futbol lokali

Il-bews xi ħaġa sabiħa. Normalment, bewsa tagħti tifsira ta’ rispett u mħabba bejn xulxin. Iżda l-bewsa spontanja li saret ilbieraħ fil-partita mill-Kampjonat BOV Premier bejn Hamrun Spartans u Gżira United,…

Futbol lokali

Mosta………..0 Senglea A…..3 Fl-ewwel logħba tas-Sibt fil-Hibernians Stadium, Senglea Athletic ħadu t-tieni rebħa fit-tieni round u t-tieni rebħa infila fil-Kampjonat BOV Premier, meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-0. S’issa,…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……1 Sliema……..1  

Aktar