Futbol lokali
BOV Premier: Ħamrun jirbħu d-derby f’logħba mimlija gowls

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Ħamrun S……3

Pieta’ H……….2

F’logħba mimlija gowls, Ħamrun Spartans kisbu s-sitt rebħa staġjonali meta għelbu lil Pieta’ Hotspurs bl-iskor ta’ 3-2.

Dan stajna nqisuh bħala derby bejn żewġ timijiet ġeografikament viċin xulxin.

Fl-20 minuta kienu Pieta’ li ħolqu l-ewwel okkażjoni meta kross-shot ta’ Gabriel Mensah ġie milqugħ ferm tajjeb minn Emanuel Bartolo.

Protesti Ħamruniżi fil-25 minuta meta Caetano Calil twaqqa’ fil-kaxxa minn difensur ta’ Pieta’ iżda r-referi ħalla l-logħob għaddej.

Fis-27 minuta reġa’ kien Bartolo li salva tajjeb xutt ferm perikoluż ta’ Paul Chimezie.

Minkejja kollox kienu Ħamrun li marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta kien Criaco li ta kross tajjeb mix-xellug u pront għola fuq kulħadd Triston Caruana li bir-ras tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Għaddew erba’ minuti u l-Ispartans irduppjaw l-iskor meta kien Domoraud li ta kross fil-baxx li sab lil Kevin Tulimieri li b’xutt tajjeb ħasad lil Vella.

Pieta’ minnufih wettqu reazzjoni u naqqsu l-marġni tal-iskor fit-38 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Gabriel Mensah wara azzjoni ferm veloċi.

Pieta’ ġabu l-iskor indaqs fl-40 minuta meta wara frikik ta’ Neil Pace Cocks, kien Machedo Orlando li xellef il-ballun għal ġewwa mill-viċin.

Il-gowls komplew ġejjin u reġgħu kienu Ħamrun li marru fil-vantaġġ meta kien Triston Caruana li qata’ kross li sab lil Wilfried Domoraud li xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Bl-ewwel taqsima ferm movimentata tispiċċa b’Ħamrun 3-2 minn fuq.

Ħamrun setgħu għamluhom erbgħa mas-siegħa logħob meta wara ħarġa ħażina tal-gowlkiper ta’ Pieta’ Nicky Vella, kien Domoraud li ndirizza bir-ras bil-ballun imur kemm kemm barra.

Ħamrun spiċċaw b’10 min-nies fl-aħħar mumenti tal-partita meta tkeċċa Orestis Nikolopoulous fuq żewġ karti sofor.

Minkejja kollox ma kellna l-ebda gowl fit-tieni taqsima sabiex kienu Ħamrun li daħku l-aħħar daħka bi Pieta’ li jsofru s-sitt telfa fil-kampjonat.

Riżultat Finali: Ħamrun Spartans 3 Pieta’ Hotspurs 2

BOV Plejer tal-Logħba kien Triston Caruana.

Referi kien Eman Grech.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kevin Tulimieri, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans FC, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2019/20. Dan ifisser li l-plejer Taljan minn Napli se jkun qed jilbes il-flokk tal-Ispartans għal…

Futbol lokali

Marsa FC jinsabu għaddejjin minn turbolenzi kbar fil-klabb tagħhom minħabba l-fatt li fl-aħħar sigħat, disgħa minn 11-il membru li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat tagħhom, irriżenjaw minħabba diżgwied mal-President Twanny Mercieca….

Futbol lokali

Qormi Hotspurs serqu x-xena f’din is-sitt ġurnata tal-kampjonat tal-MAFA tal-Ewwel Diviżjoni meta b’gowl uniku skorjat lejn l-aħħar parti tal-logħba huma għelbu lil-liders Versity AFC. Minnufih approfittaw ruħhom Senglea Gunners li…

Futbol lokali

Illum wara nofsinhar, uffiċjali mill-klabb ta’ Hibernians FC, mistennija jmorru fl-uffiċini tal-Malta Football Association biex jippreżentaw protest dwar il-partita tal-Ħadd li għadda kontra Valletta FC, li ntlagħbet fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’…

Aktar