Futbol lokali
BOV Premier: Ħamrun Spartans bid-disa’ rebħa staġjonali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Ħamrun…….3

Tarxien……..0

Ħamrun Spartans kisbu d-disa’ rebħa staġjonali meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-0.

Kienet partita li Ħamrun riedu jirbħu akkost ta’ kollox sabiex jibqgħu jisfidaw għall-post fl-Ewropa fl-istaġun li ġej.

Fl-ewwel rawnd kienu Tarxien li għelbu lill-Ispartans bl-iskor ta’ 2-1.

L-ewwel azzjoni tal-partita ħolquha Tarxien wara żewġ minuti logħob meta xutt ta’ Siraj Arab ġie milqugħ għall-korner minn Sean Cini.

Fil-21 minuta ċans ta’ Ħamrun meta kien Tulimieri li xxuttja tajjeb b’Dorian Bugeja li ma jżommx il-ballun, bid-difiża Tarxiniża tikklerja b’xi ftit tad-diffikulta’.

Ħamrun marru fil-vantaġġ fl-24 minuta meta wara indeċiżjoni difensiva, Moukanza seraq ballun filwaqt li kkrossja lejn Marco Criaco li b’xutt tajjeb tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fis-36 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Orestis Nikolopoloulos ġiegħel lil Dorian Bugeja jixħet il-ballun f’korner. Mill-korner li segwa, daqqa ta’ ras ta’ Wilfried Domoraud bil-ballun li stampa mal-mimduda.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Ħamrun Spartans 1-0 minn fuq.

Fl-64 minuta, Ħamrun jispiċċaw b’raġel inqas wara li tkeċċa Kevin Tulimieri wara somma ta’ karti sofor.

Fit-73 minuta, l-Ispartans kienu żvinturati li ma rduppjawx l-iskor meta xutt b’saħħtu ta’ Alain Moukanza laqat il-wieqfa.

Ħamrun kienu aktar fortunati fit-83 minuta meta kien hemm kross ta’ Matthew Gauci li sab lil Wilfried Domoraud li mattar siequ u b’xutt tajjeb għeleb għat-tieni darba lil Dorian Bugeja.

Ħamrun issiġillaw ir-rebħa fil-ħin mogħti żejjed mir-referi meta wara kontrattakk veloċi kellna kross ta’ Moukanza u Prince Mambouana fit-tentattiv biex jikklerja xeħet fix-xibka tiegħu stess.

Tliet punti ferm prezzjużi għall-Ħamruniżi li jsaħħulhom ir-raba’ post

Riżultat Finali: Ħamrun 3 Tarxien 0.

BOV Plejer tal-Logħba kien Alain Moukanza ta’ Ħamrun.

Referi kien Mario Apap.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Aktar