Basketball
BOV Premier: Hibernians waħedihom issa fl-ewwel post, wara rebħa komda fuq Senglea

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Hibernians……2

Senglea A……..0

Hibernians jitilgħu waħedihom fl-ewwel post, wara rebħa tajba ta’ 2-0 fuq Senglea A. Hibs li jiskurjaw 2 gowls f’2 minuti, ftit qabel l-ewwel taqsima, biex fit-2 taqsima, Hibs ikkontrollaw b’kumdita lill-avversarji mill-Kottonera, għal rebħa meritata għalihom

7 minuta-Senglea A ikollhom ‘freekick’ mogħti mill-‘captain’ Ferdinando Salvati, jsalva tajjeb Andrew Hogg, bejn il-lasti ta’ Hibs

8 minuta-Tiago Adan Fonseca jirrispondi għal Hibernians, bix-xutt li jiġi salvat parzjalment minn Geza Bence Perger, il-goalkeeper ta’ Senglea A, bl-Isla jirnexxilhom itajjru il-periklu

9 minuta-Jurgen Degabriele, għal darba oħra għall-Pawlisti, ċans tajjeb mix-xellug, ballun għoli

24 minuta-Azzjoni li bdiet minn ‘freekick’ għal Hibernians mix-xellug, ix-xutt minn barra l-kaxxa t’Isaac Toah Ntow, ballun ftit barra

34 minuta-Ċans kbir ta’ Hibs li jmorru fil-vantaġġ, meta Fonseca mil-lemin jgħaddi lejn Jurgen Degabriele, li inkredibilment jitfa’ għoli minn ħalq il-lasti

43 minuta-Hibs imorru fil-vantaġġ, xutt ta’ Johann Bezzina, isalva parzjalment Perger, jidħol pront Taylon Nicolas Marcolino, li jitfa’ fix-xibka għal 1-0

45 minuta-Hibs saħansitra jirdupjaw, b’Degabriele mil-lemin jgħaddi lejn Marcolino, bix-xutt tiegħu jispiċċa mal-mimduda, wara li jsalva parzjalment Perger, bil-ballun li jiġi f’saqajn Tiago Adan Fonseca, li minn passi bogħod jitfa’ fix-xibka, għal Hibernians 2-0 Senglea A

Tieni taqsima; 78 minuta-Hibs ikollhom xutt ta’ Marcolino mill-kaxxa, wara eżitazzjoni fid-difiża Sengleana, ballun li jispiċċa barra

84 minuta-Senglea A b’ċans kbir li jidħlu fil-partita, pero mill-11-il metru Braian Alexis Volpini jitfa’ ferm għoli mil-lasti ta’ Hogg, wara li l-istess gowlkeeper internazzjonali Malti, iwaqqa’ fil-kaxxa lil Rene Augusto Caseres

Riżultat finali: Hibernians 2-0 Senglea A.

BOV Plejer tal-Partita-Taylon Nicolas Marcolino (Hibernians). Referee-Darryl Agius.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo se jkompli bl-istaġun pożittiv Ewropew tiegħu meta din il-ġimgħa mar fl-Italja biex illejla jikkontrolla l-ewwel partita mill-kwarti finali tal-FIBA Euro Cup femminili li se…

Basketball

F’konferenza tal-aħbarijiet mogħtija mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball bil-kollaborazzjoni tal-Federazione Italiana Pallacanestro ngħataw id-dettalji dwar ftehim importanti li jirrigwarda l-kowċis lokali. Il-President tal-MBA, Paul Sultana, semma kif ilhom żmien twil jaħdmu fuq…

Basketball

Il-Forward ta’ Floriana, b’tul ta’ 203 cm, Ian Theisen huwa l-Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019 tal-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni tal-Irġiel. L-Amerikan minn Osseo Minnesota skorja mhux anqas minn 123 punt bi 92 % mil-linja…

Basketball

Il-bieraħ fil-Padiljun tal-Isport f’Ta’ Qali bdiet tintlagħab il-Finali tat-Tazza Louis Borg kemm fil-kategorija tal-Irġiel kif ukoll tan-Nisa. Fil-finali tal-Irġiel Starlites Gig kisbu rebħa minima fuq Gżira Athleta bil-punteġġ ta’ 74…

Aktar