Futbol lokali
FILMAT BOV Premier: Il-Kowċ Slimiż Maccoppi jiddebutta b’rebħa fuq Tarxien Rainbows

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

TARXIEN R…………..1

SLIEMA  W…..………2

Għal din il-parita t-tim Slimiż kien taħt it-tmexxija tal-coach taljan Stefano Maccoppi li ħa post John Buttiegieg f’dawn l-aħħar granet.

Tarxien ħarġu tajjeb u wara 5 minuti logħob kien Alex Nilsson li għadda l-ballun lejn Michele Paolucci li xutt angulat tiegħu spiċċa barra u żewġ minuti wara, xutt fuq il-ġirja ta’ Ricardo Faria , għadda barra ukoll. Fid-19  -il minuta, kross ta’ Frank Temile mil-lemin u daqqa ta’ ras ta’ Lucas Varela , salvata bla diffikulta’ minn Dorian Bugeja sabiex fit-30 minuta il-Wanderers marru fil vantaġġ, il-kross mil-lemin daħal bil- ġirja Claudio Pani u b’xutt mill-ewwel ma ta’ ebda ċans lil Bugeja jsalva.

Fit-tieni taqsima Sliema komplew jattakkaw u fil-51 minuta xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa ta’ Younes Marzouk spiċċa ftit barra, sabiex żewġ minuti wara l-Blues kisbu t-tieni gowl taggħhom meta x-xutt ta’ Lucas Varela ħabat mal- lasti tar-Rainbows il-ballun spiċċa għand Mark Scerri li mill-viċin ma’ kellu l-ebda diffikulta’ jagħmel l-iskor 2-0. Fit-80 minuta Tarxien naqqsu l-iskor, il-kross mix-xellug ta’ Jens Wemmer, qamet taħwida taħt il-lasti Galea u finalment deħer li kien Alexsander Nilsson li b’daqqa ta’ ras tefa l-ballun ġewwa. Tlett minuti wara r-Rainbows spiċċaw b’10 players wara li tkeċċa Matthew Spiteri għat-tieni karta safra. Tlett minuti minn tmiem il-partita, xutt ta’ Nii Nortey ġie salvat minn Bugeja.

Riżultat finali : Tarxien R 1 v Sliema W.2

Referee : Ishmeal Barbara.

BOV Player tal-partita : Claudio Pani (Sliema W.)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar