Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier – illejla Birkirkara – Qormi

Fi tmiem il-ġimgħa jkompli l-Kampjonat BOV Premier b’total ta’ seba’ logħbiet minn Match Day twelve bejn il-ġimgħa u l-Ħadd wara l-waqfa tal-ġimgħa li għaddiet għal-logħbiet mit-Tielet Round tal-FA Trophy.

Tkompli t-taqtiegħa fil-quċċata tal-klassifika bid-duo ta’ leaders Gżira United u Hibernians, it-tnejn fil-quċċata b’sebgħa u għoxrin punt f’konfronti li minnhom fuq il-karta m’għandhomx ifallu li jiksbu punti massimi.

Żewġ logħbiet il-Ħadd fl-Istadium Nazzjonali, hekk kif Gżira jiltaqgħu kontra Mosta, Hibernians jospitaw lit-team tal-qiegħ Senglea Athletic.

Valletta fit-tielet post għandhom l-opportunita li temporanjament jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika għaliex se jilgħabu s-Sibt meta fis-Centenary Stadium fl-erbgħa u kwart jiltaqgħu kontra Tarxien Rainbows.

Il-programm jibda għada l-ġimgħa bid-dwell fis-sebgħa fl-Istadium Nazzjonali bejn Birkirkara u Qormi.

Logħbiet oħra fi tmiem il-ġimgħa jaraw lil St.Andrews jilgħabu kontra Floriana, Ħamrun Spartans jittamaw li jkomplu bil-kampjonat mill-aqwa meta s-Sibt jiltaqgħu kontra l-ġirien Pieta’ Hotspurs u finalment interessanti żgur id-dwell tas-Sibt, it-tieni logħba fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar fil-Hibernians Stadium, konfront dirett bejn żewġ teamijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika Sliema Wanderers kontra Balzan, żewġ naħat li bħala minimu jittamaw li jkomplu bl-isfida ħarxa li hemm dan l-istaġun bejn diversi teamijiet għall-postijiet fl-Ewropa.

Kampjonat BOV Premier
Stadium Nazzjonali – l-Ġimgħa
7pm – Birkirkara vs Qormi

Centenary Stadium – is-Sibt
2pm – St. Andrews vs Floriana
4.15pm – Tarxien Rainbows vs Valletta

Hibernians Stadium – is-Sibt
2pm – Ħamrun S vs Pieta’ Hotspurs
4pm – Sliema Wanderers vs Balzan

Stadium Nazzjonali – l-Ħadd
2pm – Gżira United vs Mosta
4pm – Hibernians vs Senglea Athletic

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Valletta jfittxu t-treble u Balzan jimmiraw għall-ewwel unur ewlieni fl-istorja tal-club meta għada jilagħbu għall-BOV Super Cup. Is-Super Cup tradizzjonalment tlaqqa’ liċ-champions mar-rebbieħa tal-FA Trophy: dis-sena miss lil Balzan bħala…

Futbol lokali

Tħabbret il- mewt tal- eks-referi internazzjonali Charles Scerri. Il-karriera tiegħu fil-logħba tal- futbol kienet waħda twila. Huwa kien anke ingħata diversi inkarigi internazzjonali mill-aktar importanti, kemm lejn l-aħħar tas-snin sebgħin…

Futbol lokali

Futbol lokali: Mill-Kampjonat BOV Premier żewġ Clubs St Andrews u Qormi rreġistraw protest kontra Floriana u Birkirkara rispettivament wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Kemm St. Andrews kif ukoll Qormi qed…

Futbol lokali

Jurgen Balzan rebaħ il-kategorija ta’ taħt id-19 -il sena tal-Major Tournament ta’ Milan f-Italja. Balzan rebaħ il-finali kontra l-plejer Franċiż Theo Modeste bl-iskor ta’ 1-0. Fil-kategorija Open ħadu sehem Massimo…

Aktar