Futbol lokali
BOV Premier League: Punt kull wieħed f’logħba bilanċjata

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Floriana………2

Sta Lucia…….2

Floriana u Santa Lucia qasmu erba’ gowls u ħadu punt kull wieħed f’partita divertenti.

Santa Lucia fetħu l-iskor fil-21 minuta meta kien Vito Plut li b’pass minn fuq il-lemin sab lil FRANCISCO ELIOMAR RODRIGUES FARIAS fejn dan daħal tajjeb bejn zewġ difensuri u spara l-ballun fir-rokna ta’ fuq. Fit-32 minuta cross ta’ Adam Magri Overend mil-lemin imma Archibald salva mingħajr diffikulta .Biex tlett minuti wara freekick ta’ Ulises Arias għadda barra għal ftit. U fl-40 minuta Alan da Silva qassam lejn Kieran Xuereb li min-naħa tiegħu kkonkluda għoli minn tarf il-kaxxa.

Sitt minuti fit-tieni taqsima kienu Floriana li ġabu l-iskor indaqs hekk kif huma ingħataw penalty wara li Augusto Caseres twaqqa’ fil-kaxxa minn Andre Prates Rodrigues u KRISTIAN KEQI ma falliex.

Imma Santa Lucia kienu pronti li reġgħu ħadu l-vantaġġ minuta wara hekk kif Vito Plut qassam lejn FRANCISCO ELIOMAR RODRIGUES FARIAS fuq ix-xellug b’ xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa għeleb lil Vella.

Fis-77 minuta, Floriana ġabu l-goal tad-draw hekk kif minn cross ta’ Ryan Camenzuli mix-xellug, is-sostitut DANIEL AGIUS b’ daqqa ta’ ras għeleb lil Archibald biex għamel l-iskor 2-2.

FLORIANA: A. Vella, A. Magri Overend (67’ A. Garzia), C. Rutjens, O. El Hasni, Z. Cassar, A. Caseres (67’ D. Agius), K. Keqi, U. Arias (90+2’ M. Formosa), M. Garcia, B. Paiber (90+2’ B. Sciberras), R. Camenzuli.

SANTA LUCIA: J. Archibald, A. Prates (90+2’ J. Carbone), J. Pisani, N. Pisani, P. Silva, V. Plut, A. Da Silva (65’ E. Camilleri), F. Rodrigues, J. Tanti (90’ L. Mckay), V. Filho, K. Xuereb.

Referee: Slobodan Petrovic

BOV Player of the Match: Francisco Eliomar Rodrigues Farias

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League