Futbol lokali
Rebħa kbira għal Mosta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Mosta…………5

Tarxien R…….2

Mosta kisbu rebħa prezzjuża ta’ 5-2 kontra Tarxien Rainbows sabiex komplew telgħin ‘il fuq fil-klassifika.

L-ewwel azzjoni tal-partita tara lil Tarxien imorru fil vantaġġ meta mal-għaxar minuta freekick li inkariga minnu Veronese li tefa’ l ballun lejn Daniel Zerafa b’dan tal-aħħar iniżżel il-ballun lejn Matthew Tabone li mill-viċin tefa’ fix- xibka.

Fis-17-il minuta, Mosta kisbu l-gowl tad-draw meta ballun fit-tul lejn Zachary Brincat li rnexxielu jizġiċċa mid-difiza u waħdu quddiem Towns tefa’ fix-xibka.

Mat-23 minuta Mosta jmorru fil-vantaġġ bi freekick dirett ta’ Dexter Xuereb bil-ballun jispiċċa fix-xibka wara Towns.

Fit-32 minuta Tarxien kisbu l-goal tad-draw meta kien hemm azzjoni personali ta’ Andrejic u minn qagħda angolata ra t-tentativ ta’ Vella li jsalva jisfuma fix-xejn bil-ballun jispiċċa fi xibka.

Fit-43 minuta pass ta Muchardi lejn Dexter Xuereb li baqa javvanza tefa’ il-ballun lejn in-nofs u mill-viċin Zachary Brincat jitfa il-ballun fi rokna ta xibka

Tmiem l-ewwel taqsima: Mosta 3 Tarxien 2

Fit-tieni taqsima Mosta komplew ma’ dak li ħallew fl-ewwel taqsima hekk kif mat-48 minuta azzjoni personali ta’ Duane Bonnici li baqa’ javvanza u għadda l-ballun lejn Zachary Brincat b’dan ta l-aħħar pass preċiz lejn Weverton Gomes u waħdu quddiem Town tefa’ fix-xibka

Fit-52 minuta Mosta jsibu x-xibka għall-ħames darba meta għal darba oħra ikun Weverton fejn minn barra l-kaxxa jitfa’ l-ballun fir- okna tax-xibka.

65 minuta azzjoni ta Tarxien meta Andrejic jara il-ballun jgħaddi ftit il bogħod minn mal-lasti bil-ballun jispiċċa barra.

Rizultat finali: Mosta 5 Tarxien 2

Referi: Alex Johnson

Player ta logħba: Dexter Xuereb (Mosta)

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Swieqi Utd………..1 Ħamrun SP……….3 Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb…

Futbol lokali

Żewġ gowls lejn it-tmiem kienu biżżejjed sabiex il-liders tat-tieni diviżjoni San Ġiljan Saints jaħsdu lil Valletta St Pauls u jeliminawhom mill-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out. It-tim minn San Ġiljan ingħaqad ma’ Versity…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Ir-4 Round Pembroke …..0 Hibernians…..5 Hibernians bla problemi kontra Pembroke u jgħaddu għall-kwarti finali b’rebħa ta’ 4-0. Mal-10 minuta tasal l-ewwel azzjoni tal-partita meta pass fit-tul ta’…

Aktar