
Sliema W. 2
Gżira Utd. 0
Sliema akkwistaw tlett punti ferm importanti hekk kif għelbu lil Gżira bl-iskor ta’ 2-0. L-ewwel azzjoni tal-partita tasal wara għaxar minuti logħob meta minn pass ta’ Kurt Shaw ballun jispiċċa għand Satariano fejn minn barra il-kaxxa ra x-xutt tiegħu jiġi parzjalment salvat minn Haber.
Fl-14 il-minuta għal darb’oħra Sliema viċin minn freekick li nkariġa minnu Holla ballun fuq ras Perreira li mill-viċin Haber salva mingħajr diffikulta.Ħames minuti wara xutt ta Cisotti minn barra l-kaxxa jsalva parzjalment Haber ballun f’saqajn Satariano iżda dan ġie antiċipat minn Bohrer qabel ikkonkluda bil-ballun jispiċċa f’corner.
Fil-21 minuta azzjoni personali ta’ Satariano li baqa javvanza ballun għand Vukovic bix-xutt tiegħu jispiċċa barra. U fit-38 minuta Sliema jmorru fil-vantaġġ meta pass ta Vukovic sab lil Cisotti fejn dan waħdu quddiem Haber bi preċizjoni tefa’ l-ballun fix-xibka wara Haber. Mal-45 minuta Sliema jkabbru l-vantaġġ meta min posizzjoni angolata Satariano għamel l-impossibbli possibbli bil-ballun jispiċċa fix-xibka wara Haber.
L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal mat-63 minuta meta freekick għal Sliema minn xutt dirett ta’ Holla ballun jispiċċa barra. U tlett minuti mit-tmiem pass ta Kakinuma lejn Satariano li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat min Haber. Mad-90 minuta azzjoni ta’ Gżira meta xutt ta Cohen minn barra l-kaxxa jsalva Galea.
Rizultat Finali: Sliema 2 Gzira 0
Player ta Logħba: Alexander Satariano (Sliema)
Ref: Philip Farrugia
Sliema W.: Jake Galea, Alexander Satariano, Kurt Shaw, Alessandro Milesi, Juri Cisotti, Denilson Perreira, Danny Holla, Gabriel Aquilina, Riki Kakinuma, Jorge Barbosa, Dejan Vukovic.
Gżira Utd. : Justin Haber, Gabriel Bohrer Mentz, Steve Borg, Nikolai Muscat, Steven Pisani, Dexter Xuereb, Martin Davis, Ricardo Correa Duarte, Sacha Borg, Bahrudin Atajic, Jefferson de Assis.