Futbol lokali
BOV Premier: Punt kull wieħed għal Mosta u Balzan

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Mosta…….0

Balzan…….0

L-ewwel azzjoni tal-partita waslet wara ħames minuti meta freekick ta’ Fiori Mendes ballun preċiz fuq Majdevac li dam biex ikkonkluda u l-goaler ta’ Mosta Andreas Vella iwaqqaf l-azzjoni ta’ Balzan.

42  minuta azzjoni personali ta’ Bozovic li baqa’ javvanza qabeż tliet plajers ta’ Mosta qassam lejn Majdevac li qassam lejn De Fiori Mendes b’dan tal-aħħar ballun lejn Effiong li tefa’ cross lejn Ljubomirac li waħdu quddiem Vella tefa’ l-ballun għoli.

Tmiem l-ewwel taqsima Mosta 0 Balzan 0.

52 minuta tasal l-ewwel azzzjoni tat-tieni taqsima meta cross ta’ De Fiori Mendes lejn Majdevac li mill-viċin bir-ras ra l-ballun jaħbat mal-minduda

70 minuta għal darb’oħra ċans ta’ Balzan bix-xutt ta’ De Fiori Mendez minn barra l-kaxxa jgħaddi għoli mil-lasta ta’ Mosta.

75 minuta Balzan jerġgħu jfallu ċ-ċans li jmorru fil-vantaġġ meta pass ta’ De Fiori Mendes lejn Majdevac li waħdu ra x-xutt tiegħu jiġi parzjalment salvat bil-ballun jispiċċa għand Lydon Micallef li waħdu quddiem Vella ra x-xutt tiegħu jiġi salvat.

Riżultat finali Mosta 0 Balzan 0.

Player tal-logħba De Fiori Mendes (Balzan).

Referee: Darryl Agius.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

FUTBOL LOKALI Gżira United ippreżentaw l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ filgħaxija f’post tad-divertiment f’Tas-Sliema. Il-Maroons, li spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika kemm fl-istaġun li għadda…

Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Aktar