Futbol lokali
BOV Premier: Rebħa diffiċli aktar milli mistenni għal Valletta

KAMPJONAT BOV Premier

Qormi …… 1
Valletta …. 2

Valletta baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika għallinqas għal tmiem il-ġimgħa ieħor wara li għelbu lit-tim f’qiegħ il-klassifika Qormi bl-iskor ta’ 2-1.

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota seħħet mal-kwarta logħob meta kien Matteo Piciollo li ħarab tajjeb, ħa l-ballun u xxuttja fil-baxx b’David Cassar jilqa’ tajjeb.

Minuta wara kien Fontanella li approfitta minn żball difensiv u xxuttja mill-viċin b’Cassar jerġa’ jgħidlu le hekk kif xeħet għal korner.
Valletta bdew jiddominaw il-partita u ma kinitx sorpriża li fl-24 minuta marru fil-vantaġġ meta kellna lil Miguel Angel Alba li rċieva tajjeb mingħand Rowen Muscat, daħal fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx u b’saħħtu għamilhom 1-0.

It-tim mill-kapitali rdoppjaw l-iskor fis-27 minuta meta kien kross ta’ Pena Beltre li sab lil Bojan Kaljevic li b’xutt tajjeb għeleb għat-tieni darba lil Cassar.

Qormi resqu viċin fis-36 minuta meta kien Rozzi li kkrossja u daqqa ta’ ras ta’ Bangoura spiċċat barra.

Bangoura kien aktar ixxurtjat fit-43 minuta meta naqqas il-marġni tal-iskor wara taħwida li nħolqot bejn id-difensuri Beltin.
Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Valletta 2-1 minn fuq.

Fit-62 minuta kien Rowen Muscat ta’ Valletta li mpenja serjament lil David Cassar li nxteħet tajjeb u laqa’ b’mod impekkabbli.
Fis-67 minuta kien is-sostitut Bogdan Gavrila li xxuttja minn barra l-kaxxa bil-ballun imur ftit barra.

Rebħa minima li pero’ serviet ta’ mitqlu deheb għall-Beltin li rrilevanti x’ser jiġri mill-konfront Gżira vs Hibs ser jibqgħu f’ras il-klassifika.
Riżultat finali: Qormi 1 Valletta 2

BOV Plejer tal-Logħba kien Rowen Muscat ta’ Valletta.

Referi kien Etienne Mangion.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-MFA approva pakkett finanzjarju ta’ €1.4 miljuni biex jassisti lill-futbol Malti wara l-kriżi tal-Covid-19 u dan wara li l-futbol domestiku, bħal kull settur ieħor, kien milqut b’mod negattiv…

Futbol lokali

Gżira United FC huma t-tieni klabb wara Valletta FC li talbu lill-Malta Football Association tinvestiga l-mod kif Floriana FC ingħataw il-liċenzja tal-UEFA biex jikkompetu fil-UEFA Champions League fl-istaġun li jmiss….

Futbol lokali

Floriana FC irrispondew għall-istqarrija li ntbagħtet minn Valletta FC, iktar kmieni llum u sejħu l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tagħhom bħala attakk ieħor malizzjuż kontriehom. Dione Borg, Segretarju ta’ Floriana FC,…

Futbol lokali

Tony Cassar, il-President ta’ Tarxien Rainbows FC, ġie kkonfermat fil-kariga għal tal-inqas sena oħra. Dan ħareġ mil-Laqħa Ġenerali Annwali li kellu l-klabb, ilbieraħ. Waqt id-diskors tiegħu, l-President Cassar spjega il-viżjoni…

Aktar