Futbol lokali
BOV Premier: Sebgħa u tidwira minn Valletta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Tarxien ……….0
Valletta………..7

Valletta ħadu l-kontroll assolut fuq Tarxien fis-Centenary Stadium meta rebħu bl-iscore kbir ta’ 7-0. Tarxien li kienu ġejjin minn rebħa kontra Pieta’ filwaqt li Valletta ukoll kienu ġejjin minn rebħa kontra St Andrews. Saviour Debono Grech li kien qiegħed jieħu post il-coach Jose Borg għal Tarxien hekk kif fl-aħħar partita huwa kien tkeċċa kontra Pieta.

Valletta ħarġu fuq l-attakk minn l-ewwel mumenti ta’ din il-partita bl-ewwel azzjoni tkun fir-4 minuta.

Wara 4minuti Cross ta’ Picciollo lejn Mario Fontanella x-xutt tiegħu li għadda ftit barra. Fis-6minuta Reġa’ kien Matteo Piciollo minn tarf il-kaxxa x-xutt tiegħu li mar barra. Wara  Valletta marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt tajjeb fil-baxx ta’ Bojan Kaljevic li għeleb lil Andrea Cassar.

Fl-10minuta  Xutt ta’ Saleh mid-dstanza bil Goalkeeper Cassar dawwar f’corner.  Wara din l-azzjoni Mario Fontanella għamilhom 2-0 meta wasal Cross viċin tiegħu rovvexxata fil-kaxxa ż-żgħira biex ħasad għal kollox lil Andrea Cassar.

24 minuta Scicluna jagħti lejn De Paixo xutt minn barra l-kaxxa għadda barra. Pass ta’ Saleh lejn Fontanella li ġie mblukkat, ballun li jasal ċentrali għand Matteo Picciolo xutt perfett tefa wara Cassar.

Kien imiss lil Tarxien permezz ta’  xutt ta Wemmer faċilment għal Henry Bonello jaħtaf ma l-art.

32 minuta pass ta’ Kaljevic lejn Saleh daħal ċentrali xutt tajjeb salva Cassar b’siequ

35minuta pass lejn Ibrahim Saleh dan Avvanza tajjeb viċin il-lasti ta Tarxien u b’xutt tajjeb u difiża pjuttost ġġamjata għamilhom 4-0.

Fl-40minuta Valletta jagħmluhom 5-0 – Ballun li wasal għand Fontanella wara mument inċertezza tad-difiża xutt mill-lemin ma ħafirx.

L-ewwel taqsima għalqet 5-0 favur Valletta

50’ Cross ta Piciollo lejn mario fontanella x-xutt tieghu salvat minn Cassar b’saqajh. Fit-58minuta Valletta komplew żiedu d-distakk permezz ta’ penalty Azzjoni ta penalty fil-kaxxa wara li Saleh ġie mwaqqa minn Scicluna referee Albaniż ordna penalty – mill ħdax -il metru Bojan Kaljevic ma falliehx għal 6-0.

Tliet minuti qabel it-tmiem cross ta’ Soussi ballun li wasal għand Mario Fontanella xutt mill-vicin jagħmel il-hatrick personali u s-sebgħa gowl għal Valletta.

Riżultat finali: Tarxien 0  – Valletta 7. Referee tal-partita: Koci Andi – Albanija. BOV Player tal-Logħba: Matteo Picciolo – Valletta

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar