Futbol lokali
BOV Premier: St. Andrews u Floriana jieħdu punt kull wiehed

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

St. Andrews…….0

Floriana………..0

St. Andrew u Floriana ħadu punt kull wieħed f’logħba li ftit offriet azzjoniet kif ukoll kienet logħba kkaraterizzata mill-karti sofor.

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mat 23 minuta meta freekick ta’ Ricardo Martin idawwar f’corner Akpan.

Mas-36 minuta azzjoni oħra ta’ St. Andrews meta min freekick ta’ Martin Davis bil-ballun jispiċċa għand Kemar Reid li mill-viċin tefa’ l-ballun barra.

43 minuta tasal l-ewwel azzjoni ta’ Floriana meta cross ta’ Varela bil-ballun jibqa’ għaddej minn quddiem il-lasti mingħajr ma jiġi antiċipat.

L-ewwel taqsima tintemm St. Andrews 0 Floriana 0.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima tasal mat-68 minuta meta kross ta’ Kemar Reid lejn Martin Davis li waħdu quddiem lasti vojta rnexxielu jagħmel l-impossibli possibli u tefa’ l-ballun barra.

Mas-70 minuta jerġgħu jkunu St. Andrews meta azzjoni personali ta’ Martin Davis iqassam lejn Kemar Reid li min qadgħa angulata ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Akpan.

Mad-90 minuta St. Andrews jispiċċaw jilagħbu b’10 players ħekk kif tkeċċa Amoy Brown wara li ġie muri t-tieni karta safra.

Riżultat Finali St Andrews 0 Floriana 0.

Player tal-logħba: Martin Davies.

Referee: Etienne Mangion.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex difensur ta’ Hibernians u Gżira United, Rodolfo Soares se jingħaqad maċ-champions tal-futbol Għawdxi, Nadur Youngsters. Id-difensur ta’ 35 sena ilu għal dawn l-aħħar żewġ staġuni ma’ Gżira United. Il-Brażiljan…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong jista’ jingħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-sigħat li ġejjin. TVMSport jista’ jikkonferma li Hamrun Spartans diġà tkellmu ma’ Hibernians u mal-plejer innifsu. Jidher li bejn Hamrun…

Futbol lokali

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7. Din kienet l-aħħar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Aktar