BOV Premier – Tasal l-ewwel rebħa fil-Kampjonat għal Żebbuġ R

Kampjonat BOV Premier

Tarxien R … 1
Żebbuġ ……. 2

L-ewwel rebħa fil-kampjonat għal Żebbuġ Rangers li għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 2-1.

Żebbuġ kienu mingħajr Carlo Monti sospiż, filwaqt li Tarxien kienu mingħajr Owen Bugeja u Firas Aboulezz it-tnejn imweġġa.

Fit tmien minuta, korner għall-Żebbuġ ta’ Mattias Muchardi, ballun għand Lee Galea, li ra x-xutt mill-viċin tiegħu mblukkat minn Sean Mintoff.

Fit tnax il-minuta Tarxien marru fil-vantaġġ, meta wara azzjoni personali, b’xutt mill-isbaħ Carlos HeviaMenendez għeleb lil-goalkeeper Dos Santos.

Fit tlieta u għoxrin minuta, Żebbuġ fuq l-attakk, kross ta Bojan Mamic, u xutt bid-dawra ta Britto spiċċa ftit barra.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima wara biss ħames minuti Żebbuġ kisbu l-gowl tad-draw, korner mogħti min Mattias Muchardi, u b’daqqa ta ras mill-viċin, Bojan Mamic sab ix-xibka.

Fis-sitta u tmienin minuta xutt fil-baxx tas-sostitut Miguel Ciantar, spiċċa barra, biex fil-ħamsa u sebgħin minuta ċans kbir għall-Żebbuġ li jmorru fil-vantaġġ, iżda żewġ tenttativi ta Mauricio Rodrigues Britto ġew salvati b’diffikulta mil-goalkeeper Mintoff.

Fil-ħin miżjud il-gowl tar-rebħa għal Żebbuġ meta frikik mogħti minn Muchardi, u daqqa ta’ ras ta’ Yessous Camilleri, Mintoff megħlub, għal-skor finali, Tarxien Rainbows wieħed, Żebbuġ Rangers tnejn.

BOV player tal-logħba: Carlos Hevia Menendez (Tarxien R).

Miktub minn...
Rodney Vassallo