BOV Premier: Valletta momentarjament fuq quddiem

Kampjonat BOV Premier

Championship Pool

Mosta………0

Valletta……5

Valletta li kienu ġejjin minn rebħa ta’ 3-2 fuq Hibernians dan kien l-14 il-riżultat pożittiv. Għal Mosta din kienet it-tieni telfa konsekuttiva bi skor kbir hekk kif fl-aħħar logħba sfaw megħluba minn B’Kara 4-0 .

Luke Dimech u Jonathan Caruana kienu sospiżi għal Valletta li għalihom din kienet it-tielet rebħa fuq Mosta dan l-istaġun.

Fl-ewwel azzjoni tal-logħba Valletta fetħu l-iskor meta wara xutt angolat ta’ Da Silva Souza l-goalkeeper Borg laqa’ u ma żammx biex mill-vicin DENNI ROCHA DOS SANTOS poġġa l-ballun fix-xibka. Minuta wara rrispondew Mosta b’xutt ta’ Kaljevic li Revishvili salva minn tulu.

Fis-16 il-minuta minn cross ta’ Kaljevic kien Piccioni li bir-ras xeħet għoli.

Valletta rduppjaw man-nofs siegħa logħob meta kien Nafti li kompla fid-direzzjoni ta’ DENNI ROCHA DOS SANTOS li mattar saqajh u tefa ġewwa.

Fis-37 minuta free kick għal Mosta mogħti minn Martins bi Brincat jindirizza bir-ras lejn il-lasta b’Micallef bir-ras ukoll ifalli l-mira għal ftit. Wara li fil-41 minuta Nafti bir-ras xeħet għoli fuq cross ta’ Briffa, fl-44 minuta huma skurjaw it-tielet gowl. Kien RYAN FENECH li approfitta minn inċertezza fid-difiża u mid-distanza qabbeż il-ballun minn fuq Borg.

Tmien minuti fit-tieni taqsima Valletta skurjaw ir-raba’ gowl meta kien Da Silva Souza li qassam għan-nofs fejn kien hemm LUKE MONTEBELLO li mill-viċin spara fix-xibka. Valletta komplew jiddominaw u fil-65 minuta Da Silva Souza ta lejn Nafti li minn qagħda tajba kkonkluda għoli. U fit-78 minuta Nafti qassam lejn ABAYOMI SEUN OWINIKOKO li qabbeż minn fuq Borg għal ħames gowl Belti.

Riżultat finali Mosta – Valletta 0-5.

BOV Player tal-Loghba Alan da Silva Souza (Valletta)

Miktub minn...
TVM Sport
.