Futbol lokali
BOV Super Cup: nhar l-Erbgħa Hibernians – Floriana
Iċ-champions u r-rebbieħa tat-Trophy għall-BOV Super Cup nhar l-Erbgħa fl-Istadium Nazzjonali fit-3

Hibernians għar-raba’ darba: jew Floriana għat-tieni darba.

Iż-żewġ timijiet attwalment il-ħames u r-raba’ fil-kampjonat nhar l-Erbgħa jiffaċċjaw lil xulxin għall-ewwel unur tal-istaġun tal-football domestiku: il-BOV Super Cup: trofew li l-ebda miż-żewġ clubs ma rnexxielu jgħolli daqs kemm xtaq fit-tnejn u tletin staġun li ilu jintrebaħ. L-aħħar suċċess ta’ Hibernians huwa riċenti: sentejn ilu biss: imma huma kienu telliefa fi tmien finali oħra. U l-unika darba li rebħuh Floriana kienet saħansitra erbgħa w għoxrin sena ilu: id-darba waħda oħra li lagħbu għalih kienu tilfu.

Għaż-żewġ timijiet il-BOV Super Cup hija wkoll opportunita’ biex iqumu fuq saqajhom minn diżappunti riċenti. Floriana għadhom kif ġew eliminati mill-FA Trophy u diġà tilfu d-difiża tal-unur tal-istaġun li għadda: waqt li fi tmiem il-ġimgħa l-aspirazzjonijiet ta’ Hibernians li jżommu t-titlu ta’ champions qalgħu daqqa b’telfa mal-isfidanti diretti Balzan.

Għall-coach Arġentin Nicolas Chiesa se tkun it-tieni ħarġa uffiċjali fuq il-bank Furjaniż wara d-debutt b’rebħa kbira fil-kampjonat fuq Lija. Chiesa ħabbar fil-mikrofonu ta’ TVM Sport li rtira definittivament mill-karriera ta’ player.

Il-BOV Super Cup: Hibernians – Floriana: nhar l-Erbgħa fit-3 ta’ wara nofsinhar fl-Istadium Nazzjonali: bil-ħin barrani u l-penalties jekk ikun hemm bżonn: diretta fuq TVM2.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif l-istaġun 2017/18 riesaq lejn l-aktar fażi kruċjali, il-partitarji għandhom inċentiv ieħor biex jitilgħu bi ħġarhom u jagħtu l-appoġġ lit-team tagħhom. Il-Malta Football Association qed tniedi l-Best Fans Award,…

Futbol lokali

Kampjonat bov tal-ewwel diviżjoni: ma jintlaqax protest imressaq minn Qormi dwar il-partita mitlufa kontra Qrendi l-ġimgħa li għaddiet. Il-partita kellha oriġinarjament tintlagħab f’Diċembru imma ġiet abbandunata wara kwarta bl-iskor 1-1…

Futbol lokali, Futsal, Sport Lokali

Wara li saru n-nominazzjonijiet mill-assoċċjazzjonijiet u federazzjonijiet sportivi Maltin, issa saru magħrufa s-semi-finalisti tal-Isport Malta Awards – Għazliet Sportivi Nazzjonali 2017. Il-fażi tal-voti mill-ġurnalisti bdiet it-Tnejn li għadda u tagħlaq…

Aktar