Bowling
Bowling: Dennis Mercieca u Sue Abela jirbħu l-Kampjonat tas-Seniors

Dennis Mercieca u Sue Abela huma r-rebbieħa tal-Kampjonati BOV tas-Seniors tal-Bowling.

Mercieca u Abela telgħu fuq quddiem mill-bidu net fl-ewwel ġurnata fil-kampjonat li ntlagħab fuq 3 ijiem, b’medja għolja ta’ l-fuq minn 200 pin kull logħba biex b’hekk ħarġu rebbieħa. Abela issa rebħet it-tlett edizzjonijet li laghbet fihom, filwaqt li din kienet l-ewwel rebħa min erba tentattivi għal Mercieca.

Iċ-champion nazzjonali Sue Abela kompliet izzid id-distakk biex spiċċat b’medja ta’l-fuq min 206 pin fuq 18 il-logħba, u rebhet b’distakk ferm qawwi biex żammet it-titlu.

It-taqtigha ghat-tieni post kienet ferm iktar missielta, fejn Liliana Spiteri u Josephine Borg spiccaw bl-istess totali eżatt wara t-tmintax il-loghba.  Spiteri kisbet it-tieni post peress li spiċċat l-ahhar logħba aħjar minn Borg.

Il-kompetizzjoni bejn l-irġiel kienet iktar missielta. Mercieca żamm l-ewwel post kif daħlu fit-tielet ġurnata tal-kompetizzjoni, segwit minn Mark Spiteri, ir-rebbieħ tal-midalja tal-bronz fil-kampjonati tad-dinja tas Seniors u Kenneth Arpa. Dawn qatghu ftit mid-distakk meta Mercieca kellu logħba ta’ 137 biss, iżda malajr irkupra b’żewq loghbiet l-fuq min 200 pin kull waħda biex żamm l-ewwel post f’dawn il-kampjonati sponsorjati mill-BOV. Fir-raba post spiċċa Giancarlo Tolu.  Mercieca, Spiteri, Arpa u Tolu issa jirrapreżentaw lil Malta fil-kampjonati Ewropej tas-seniors is-sena d-dieħla.

Ernest Agius, Kap Uffiċjal fi ħdan il-Bank of Valletta ippreżenta t-trofej lir-rebbieħa. Il-Bank of Valletta huwa sostenitur ewlieni ta’ avvenimenti sportivi f’pajjiżna kif ukoll partner tal-Malta Ten Pin Bowling Association.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Kayden Lagana’ ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta dan l-istagun. Lagana telgħa fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’serje ta’ 1274. Lagana lagħab…

Bowling

Erba’ ġimgħat mil-bidu tal-istaġun tax-xitwa, OkMalta.com, mertu wkoll tal-plejer ġdid ta ’15-il sena Nicholas Muscat li ngħaqad magħhom , għelbu lil Strike Me Jabaal 8-0 biex iżommu l-punti massimi. Huma…

Bowling

Tenpin Bowling: Suċċess ieħor għal Malta f’dan l-isport hekk kif Mark Spiteri rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Masters talEuropean Seniors Cup li sar fi Vienna. Spiteri kien kiseb il-midalja tal-bronż fl-istess kompetizzjoni…

Bowling

Iċ-Champion Nazzjonali Sue Abela rebħet id-deheb fl-All Events  fil-kampjonati tas-Seniors fi Vjenna b’wirjiet qawwija speċjalment fis-singles fejn spiċċat fl-ewwel post b’medja ta’ 207 fuq 18-il logħba, 57 pin fuq Elga…

Aktar