Bowling
Bowling: It-tim Malti tas-seniors f’Las Vegas għall-World Bowling Championships

Mark Spiteri, Dennis Mercieca, Kenneth Arpa u Steve Cassar se jirrapreżentaw lil Malta f’Las Vegas fil-logħob dinji.

Huma ntagħżlu biex jikkompetu f’isem Malta hekk kif spiċċaw fl-ewwel pożizzjonijiet skont kriterji magħżulin mill-Assoċazzjoni bbażati fuq il-logħob fil-kampjonat, tournaments u kampjonati nazzjonali.

Spiteri se jkun il-coach tat-tim Malti waqt dawn il-logħob.

Is- Senior World Bowling Championships, li se jintlagħbu bejn it-2 u l-10 ta’ Settembru, jinkludu 162 raġel u 106 mara minn 42 pajjiż differenti, fosthom uħud mill- aqwa plejers professjonisti bħal Walter Ray Williams Jr., u Parker Bohn III.

Il-plejers Maltin se jieħdu sehem fis-singles, doubles, tim, All Events u l- Masters.

Miktub minn...
TVM Sport