
Boxing
Bowling: Kayden Lagana jirbaħ it-Top 24 Tournament
L-istilla ta’ 13-il sena, Kayden Lagana’, ttrijonfa fit-Top 24 Tournament fix-xena lokali tal-bowling.
It-Top 24 din is-sena ntlagħbet fuq zejt differenti.
Lagana beda l-2021 b’mod tajjeb ħafna, kemm fil-kampjonat nazzjonali kif ukoll fil-kampjonat Trios, u żamm il-koncentrazzjoni u beda s-6 u l-aħħar logħba b’4 strajks konsekuttivi.
Iż-żewġ plejers nisa xellugin , Tiziana Carannante u Cynthia Frendo Duca spiċċaw fir-4 u l-5 post rispettivament, quddiem iċ-ċampjin nazzjonali Mauro Anastasi.
Lagana ta’ 13-il sena, sar l-iżgħar plejer li qatt rebaħ dan it-tournament.