Bowling
Bowling: Kayden Lagana jirbaħ l-U12 fl-Irlanda, Philip Gruppetta jitfa’ logħba perfetta ta’ 300 fil-kategorija U24

Kayden Lagana, ta’ 11-il sena, żied fuq il-Midalja tal-Fidda li rebaħ il-ġimgħa l-oħra bir-rebħ tal-Midalja tad-Deheb fl-Irlanda fi tmiem il-ġimgħa.

Lagana ddomina l-grupp tiegħu mill-bidu, b’medja tajba ħafna ta’ 194 pin, u żamm l-ewwel post fis-semi finali wkoll.

Fil-finali, hu għeleb lit-tliet plejers l-oħra li għaddew għall-finali biex b’hekk rebaħ meritatament.

Philip Gruppetta, li kien il-plejer l-ieħor minn Malta, spiċċa fit-12-il pożizzjoni fil-kategorija kumbattuta ta’ taħt l-24 sena, fejn kellu l-unur li lagħab loghba perfetta ta’ 300 pin.

Din kienet il-ħames midalja li ż-żgħażagħ Maltin ġabu fil-European Youth Tour ta’ dan l-istagun.

Apparti ż-żewġ midalji ta Lagana, kellna dik tad-deheb ta’ Dwayne Zahra l-ġimgħa l-oħra fil-Belġju, kif ukoll żewġ Midalji tal-Bronz ta’ Edward Xuereb u Chris Fenech f’Settembru, f’Southampton.

Fl-aħħar ta’ Novemberu, 10 żgħażagħ sejrin Franza għar-4 waqfa tal-YET biex ikomplu bil-wirjjiet b’saħħithom f’dawn il-kompetizzjonijiet Ewropej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Bowling

Ten Pin Bowling: OkMalta.com kabbru il-vantaġġ għal 6 punti fuq it- tim TOTAL fil-5 ġimgħa tal-Mapfre MSV Life l-ewwel Diviżjoni. OKMalta.com, li fosthom jilgħab Mauro Anastasi, li għadu kif rebaħ…

Bowling

Sandra Xuereb u Kayden Lagana rebħu l-Gold Cup 2020 fil-Eden Super Bowl Xuereb, li bdiet il-bowling madwar sena u nofs ilu għelbet lil Liliana Spiteri fil-finali 176-170 u 174-164. Spiteri,…

Bowling

Wara l-waqfa twila sfurzata minħabba COVID 19, l- staġun lokali kompetittiv tat-ten-pin bowling kellu bidu kbir, bic-Cisk Lager Doubles League organizzat mill-Eden Super Bowl, b’xi punteġġi għoljin ħafna li juru…

Bowling

Kayden Lagana’ ta’ 12-il sena spiċċa t-tielet fil-kategorija tiegħu fil-ħames waqfa tal-YET ta dan l-istagun. Lagana telgħa fil-quċċata tal-grupp tiegħu magħmul minn 25 plejer fil-kwalifiki b’serje ta’ 1274. Lagana lagħab…

Aktar