Bowling
Bowling: Melissa Swift tirbaħ it-Tazza tal-Platinum għat-tieni sena konsekuttiva, Dennis Mercieca jikseb l-ewwel rebħa f’din it-Tazza

Melissa Swift rebħet it-Tazza tal-Platinum għat-tieni sena konsekuttiva, hekk kif Dennis Mercieca kiseb l-ewwel rebħa tiegħu f’din it-Tazza organizzata mill-MTBA.

Kif normalment ikun il-każ, it-Tazza tal-Platinum rat kważi l-aqwa plejers lokali kollha jikkompetu fil-kompetizzjoni kkontestata bil-ħerqa li ssir lejn l-aħħar tas-sena.

L-ogħla logħba tan-nisa kienet bowled minn Frendo Duca, b’logħba ta’ 244 fit-tieni ġurnata.

Miktub minn...
TVM Sport