Bowling
Bowling: Midalja tad-deheb, u oħra tal-fidda għall-Malta fil-JIC Sinjoor Youth Tournament fil-Belġju

Dwayne Zahra, li għandu 14 -il sena spiċċa l-ewwel fil-kategorija D, filwaqt li Kayden Lagana, li għandu 11 -il sena spiċċa fit-tieni post fil-kategorija B fit-tieni Tour Ewropej taż-żgħażagħ 2019/2020, il-YET.  

Zahra kellu bidu b’saħħtu ferm fejn għadda għall-finali fit-tielet post, biex kompla tajjeb ħafna u tela’ l-ewwel b’medja sabiħa ta’ 210, u spiċċa biex għeleb lill-Olandiż Vin van der Loo fuq żewġ logħbiet 445-428. 

Fi Grupp B, Lagana għadda għall-finali fit-tielet post, fejn kellu jegħleb lil Andrii Gadiatski 183-161 biex b’hekk lagħab kontra l-plejer b’saħħtu mid-Danimarca Tobias Kastfelt.  Lagana kien fuq quddiem b’pin wieħed biss wara l-ewwel logħba, iżda serje ta’ splits fissru li tilef ma’ Tobias b’25 pin u spiċċa fit–tieni post. 

Zahra u Lagana kienu parti minn 10 żagħżugħ Malti li ħadu sehem fost kważi 400 plejer mill-Ewropa kollha. Dawn kienu Juliana Bonanno, Sara Xuereb, Kathryn Fenech, Philip Grupetta, Matthew Magro, Miguel Xuereb, Edward Xuereb u Chris Fenech.  Ta’ min isemmi l-logħob ta’ Magro, li m’għaddiex għal finali b’distakk ta’ 12 il-pin biss, kif ukoll lil Miguel Xuereb, li lagħab ukoll logħba għolja ta’ 277 biex għadda għall-finali u spiċċa fis-sitt post f’kategorija E.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Hekk kif l-ewwel rawnd tal-Mapfre MSV Life wasal fi tmiem, OkMalta.com u Total komplew jiddominaw u t-tnejn irreġistraw rebħiet komdi ta’ 8-0. OkMalta.com kienu f’forma mill-isbaħ, bl-4 plejers kollha jaqbżu…

Ten Pin Bowling: OkMalta.com kabbru il-vantaġġ għal 6 punti fuq it- tim TOTAL fil-5 ġimgħa tal-Mapfre MSV Life l-ewwel Diviżjoni. OKMalta.com, li fosthom jilgħab Mauro Anastasi, li għadu kif rebaħ…

Sandra Xuereb u Kayden Lagana rebħu l-Gold Cup 2020 fil-Eden Super Bowl Xuereb, li bdiet il-bowling madwar sena u nofs ilu għelbet lil Liliana Spiteri fil-finali 176-170 u 174-164. Spiteri,…

Wara l-waqfa twila sfurzata minħabba COVID 19, l- staġun lokali kompetittiv tat-ten-pin bowling kellu bidu kbir, bic-Cisk Lager Doubles League organizzat mill-Eden Super Bowl, b’xi punteġġi għoljin ħafna li juru…

Aktar