Bowling: Midalja tal-Bronż għal Malta fil-Kampjonati tal-Mediterran

Ten Pin Bowling: Midalja tal-bronż għal Malta fit-18 -il edizzjoni tal-Kampjonati tal-Mediterran fi Kreta. Il-midalja intrebħet mil-koppja Mauro Anastasi u Mark Spiteri fis-sezzjoni tad-doubles tal-irġiel.

Id-deheb f’din il-kategorija rebħuħ il-Griegi filwaqt li l-Italja ħadu l-fidda. Bid-deheb tal-lum il-Greċja laħqet lil Malta b’total ta’ 34 midalja tad-deheb f’dawn il-kampjonati tal-Mediterran li ilhom isiru 17 -il sena.

Diżappunt intant għall-koppja Sue Abela – Tiziana Carannente fid-doubles tan-nisa meta kellhom jikkuntentaw bis-sitt post wara li dehru f’qagħda tajba għal mill-inqas bronż. Id-deheb hawnhekk ħaduh l-Italja, bit-Turkija jirbħu l-bronż.

Malta għadha biċ-ċans tirbaħ midalji fil-Mixed Doubles u fil-Four Man Team Event. Il-kampjonat jiġu fi tmiemhom is-Sibt bil-finali tal-Masters.

Miktub minn...
TVM Sport
.